Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 1k
It-Tnejn, 9 ta' Marzu 2020 - Brussell

4. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Irlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni ta' Matt Carthy bħala deputat fil-parlament nazzjonali, b'effett li jiddekorri fit-8 ta' Frar 2020.

Il-Parlament ħa nota li, skont l-Artikolu 7(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, din il-kariga hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u, skont l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tiegħu b'effett mit-8 ta' Frar 2020.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Irlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Chris MacManus minflok Matt Carthy bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 6 ta' Marzu 2020.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tiegħu.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Chris MacManus jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza