Indiċi 
Minuti
XML 79kPDF 219kWORD 65k
It-Tnejn, 9 ta' Marzu 2020 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 4.Kompożizzjoni tal-Parlament
 5.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 6.Atti delegati (Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 7.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 8.Dokumenti mressqa
 9.Ordni tal-ħidma
 10.Approvazzjoni tal-minuti tas-sezzjoni li għaddejja
 11.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 12.Għeluq tas-seduta
 13.Għeluq tas-sessjoni annwali
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: David Maria SASSOLI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis 13 ta' Frar 2020 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.06.


3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


4. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Irlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni ta' Matt Carthy bħala deputat fil-parlament nazzjonali, b'effett li jiddekorri fit-8 ta' Frar 2020.

Il-Parlament ħa nota li, skont l-Artikolu 7(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, din il-kariga hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u, skont l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tiegħu b'effett mit-8 ta' Frar 2020.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Irlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Chris MacManus minflok Matt Carthy bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 6 ta' Marzu 2020.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tiegħu.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Chris MacManus jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-gruppi S&D, Renew u Verts/ALE id-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:

Kumitat BUDG: Victor Negrescu

Kumitat ITRE: Bart Groothuis

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Għarbija: Caroline Nagtegaal

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Iran: Bart Groothuis

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Federattiva tal-Brażil:Caroline Nagtegaal

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Asja tan-Nofsinhar: Ulrike Müller

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija: Thomas Waitz minflok Niklas Nienaß

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE: Stéphane Bijoux

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran: Olivier Chastel ma baqax membru.

Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.


6. Atti delegati (Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

B'konformità mal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni kontra:

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat AGRI li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2020 li jidderoga mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-programmi ta' appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid (C(2020)00423 - 2020/2543(DEA)) (B9-0124/2020).

Jekk tali rakkomandazzjoni ma tkunx is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa, titqies approvata. Fil-każ kuntrarju, tkun sottoposta għal votazzjoni.

Ir-rakkomandazzjoni hija disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament għall-perjodu ta' din is-sessjoni parzjali.


7. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Ottubru I, Novembru I u II 2019 huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.


8. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni ta' seba' membri tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (05848/2020 - C9-0016/2020 - 2020/0801(NLE))

irriferut

responsabbli :

ENVI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u tal-protokoll ta' implimentazzjoni tiegħu (2020-2026) (05243/2020 - C9-0073/2020 - 2020/0002(NLE))

irriferut

responsabbli :

PECH

opinjoni :

DEVE, BUDG

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (kodifikazzjoni) (COM(2020)0048 - C9-0017/2020 - 2020/0029(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

JURI

2) mill-kumitati parlamentari

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew (COM(2018)0394 - C8-0246/2018 - 2018/0218(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Eric Andrieu (A8-0198/2019)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (COM(2018)0393 - C8-0247/2018 - 2018/0217(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Ulrike Müller (A8-0199/2019)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0392 - C8-0248/2018 - 2018/0216(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Peter Jahr (A8-0200/2019)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea (12199/2019 - C9-0001/2020 - 2019/0173(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Nuno Melo (A9-0001/2020)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019-2024) (08928/2019 - C9-0011/2019 - 2019/0090(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: João Ferreira (A9-0012/2020)

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (mill-2019 sal-2024) (2019/0090M(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: João Ferreira (A9-0013/2020)

- Rapport dwar il-politika tal-kompetizzjoni – rapport annwali 2019 (2019/2131(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Stéphanie Yon-Courtin (A9-0022/2020)

- Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: aspetti soċjali u marbuta mal-impjiegi fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2020 (2019/2212(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Klára Dobrev (A9-0025/2020)

- Rapport dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2019 (2019/2130(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Pedro Marques (A9-0026/2020)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Gunnar Beck (2019/2154(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Andrzej Halicki (A9-0036/2020)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Guy Verhofstadt (2019/2149(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Marie Toussaint (A9-0037/2020)


9. Ordni tal-ħidma

Il-President għamel komunikazzjoni preliminari. Spjega li din is-sessjoni parzjali se ssir eċċezzjonalment Brussell minħabba raġunijiet ta' forza maġġuri abbażi ta' rapport tas-Servizz Mediku tal-Parlament. Insista fuq l-bżonn li tkun żgurata l-kontinwità tal-funzjoni leġiżlattiva u baġitarja tal-istituzzjoni. Stieden lill-Membri jnaqqsu sal-minimu l-ivvjaġġar tagħhom fil-qafas tal-mandat tagħhom.

Tqassam l-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Marzu I 2020 (648.187/PDOJ).

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-modifiki li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

Is-sessjoni parzjali ta' Marzu se ssir għada t-Tlieta 10 ta' Marzu 2020 u se tkun organizzata kif ġej:

mid-09:00 sa 12:00:
- id-dikjrazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar it-Tifqigħa ta' coronavirus, is-sitwazzjoni attwali u l-iżgurar ta' reazzjoni Ewropea koordinata għall-impatt soċjali, ekonomiku u fuq is-saħħa (punt 64 tal-PDOJ).

mit-15:00 sas-18:00:
- id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-Konklużjonijiet tal-laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Frar 2020 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (punt 30 tal-PDOJ).
- id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni fil-fruntiera bejn il-Greċja u t-Turkija u r-rispons komuni tal-UE għaliha (punt 66 tal-PDOJ).

Il-Parlament approva l-modifiki.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


10. Approvazzjoni tal-minuti tas-sezzjoni li għaddejja

Skont l-Artikolu 202(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-minuti tas-seduta li għaddejja se jkunu sottoposti għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tal-parti ta' waranofsinhar tas-sessjoni parzjali li jmiss.


11. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" 648.187/OJMA).


12. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 17.16.


13. Għeluq tas-sessjoni annwali

Is-sessjoni ta' 2019-2020 tal-Parlament Ewropew ingħalqet.

Bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, il-Parlament se jiltaqa' għada t-Tlieta 10 ta' Marzu 2020 fid-09.00.

Klaus Welle

Katarina Barley

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Ademov Asim, Adinolfi Isabella, Aguilar Mazaly, Aguilera Clara, Alexandrov Yordanov Alexander, Alieva-Veli Atidzhe, Amaro Álvaro, Ameriks Andris, Andresen Rasmus, Andrieu Eric, Androulakis Nikos, Annemans Gerolf, Ansip Andrus, Arena Maria, Arias Echeverría Pablo, Arimont Pascal, Arłukowicz Bartosz, Arvanitis Konstantinos, Asimakopoulou Anna-Michelle, Aubry Manon, Auštrevičius Petras, Azmani Malik, Balt Marek Paweł, Barrena Arza Pernando, Bartolo Pietro, Basso Alessandra, Bauzá Díaz José Ramón, Bay Nicolas, Beck Gunnar, Beer Nicola, Bellamy François-Xavier, Benea Adrian-Dragoş, Benifei Brando, Bentele Hildegard, Berendsen Tom, Berger Stefan, Bergkvist Erik, Bernhuber Alexander, Biedroń Robert, Bijoux Stéphane, Bilbao Barandica Izaskun, Bilčík Vladimír, Bilde Dominique, Bischoff Gabriele, Biteau Benoît, Bizzotto Mara, Blaga Vasile, Blinkevičiūtė Vilija, Bocskor Andrea, Boeselager Damian, Bogovič Franc, Bompard Manuel, Bonafè Simona, Borchia Paolo, Botenga Marc, Botoş Vlad-Marius, Bourgeois Geert, Boyer Gilles, Breyer Patrick, Brglez Milan, Brudziński Joachim Stanisław, Buchheit Markus, Buchner Klaus, Buda Daniel, Bullmann Udo, Burkhardt Delara, Campomenosi Marco, Cañas Jordi, Canfin Pascal, Carême Damien, Carvalhais Isabel, Carvalho Maria da Graça, Casa David, Castaldo Fabio Massimo, Cavazzini Anna, Ceccardi Susanna, Cerdas Sara, Chahim Mohammed, Chaibi Leila, Charanzová Dita, Chastel Olivier, Christoforou Lefteris, Cicurel Ilana, Cimoszewicz Włodzimierz, Clune Deirdre, Comín i Oliveres Antoni, Crețu Corina, Cuffe Ciarán, Czarnecki Ryszard, van Dalen Peter, Dalunde Jakop G., Daly Clare, Danielsson Johan, Danjean Arnaud, Danti Nicola, Da Re Gianantonio, de la Pisa Carrión Margarita, Decerle Jérémy, Delbos-Corfield Gwendoline, Deli Andor, Delli Karima, De Man Filip, Demirel Özlem, De Sutter Petra, Dlabajová Martina, Donáth Anna Júlia, Dorfmann Herbert, Dreosto Marco, Duda Jarosław, Durá Ferrandis Estrella, Durand Pascal, Ďuriš Nicholsonová Lucia, Dzhambazki Angel, Eickhout Bas, Eppink Derk Jan, Ernst Cornelia, Eroglu Engin, Ertug Ismail, Ferber Markus, Fernandes José Manuel, Fernández Jonás, Ferrandino Giuseppe, Ferrara Laura, Ferreira João, Fest Nicolaus, Fitzgerald Frances, Flanagan Luke Ming, Flego Valter, Fourlas Loucas, Fragkos Emmanouil, Franssen Cindy, Freund Daniel, Fritzon Heléne, Fuglsang Niels, Gahler Michael, Gamon Claudia, Gancia Gianna, García Del Blanco Ibán, García Muñoz Isabel, Gardiazabal Rubial Eider, Gebhardt Evelyne, Geese Alexandra, Geier Jens, Georgoulis Alexis, Geuking Helmut, Ghinea Cristian, Giarrusso Dino, Giegold Sven, Gieseke Jens, Glucksmann Raphaël, Goerens Charles, González Mónica Silvana, González Casares Nicolás, González Pons Esteban, de Graaff Marcel, Grant Valentino, Grapini Maria, Gregorová Markéta, Griset Catherine, Grošelj Klemen, Grudler Christophe, Gruffat Claude, Guerreiro Francisco, Guillaume Sylvie, Gusmão José, Guteland Jytte, Gyöngyösi Márton, Hahn Svenja, Hahn Henrike, Haider Roman, Hansen Christophe, Häusling Martin, Hautala Heidi, Hava Mircea-Gheorghe, Heide Hannes, Heinäluoma Eero, Hetman Krzysztof, Hlaváček Martin, Holmgren Pär, Hölvényi György, Homs Ginel Alicia, Hortefeux Brice, Hristov Ivo, Hübner Danuta Maria, Huhtasaari Laura, Huitema Jan, Incir Evin, in 't Veld Sophia, Jadot Yannick, Jakeliūnas Stasys, Jamet France, Jarubas Adam, Jongerius Agnes, Joveva Irena, Jurgiel Krzysztof, Kaili Eva, Kalinowski Jarosław, Kalniete Sandra, Kammerevert Petra, Kanko Assita, Karas Othmar, Karlsbro Karin, Karski Karol, Kefalogiannis Manolis, Keller Fabienne, Keller Ska, Kelly Seán, Kloc Izabela-Helena, Knotek Ondřej, Kofod Peter, Kohut Łukasz, Kokalari Arba, Kokkalis Petros, Konstantinou Athanasios, Kopacz Ewa, Kopcińska Joanna, Körner Moritz, Kósa Ádám, Köster Dietmar, Kouloglou Stelios, Kountoura Elena, Kovařík Ondřej, Kovatchev Andrey, Kruk Elżbieta, Kubilius Andrius, Kuhnke Alice, Kuhs Joachim, Kuźmiuk Zbigniew, Kyrtsos Georgios, Lacapelle Jean-Lin, Lagodinsky Sergey, Lagos Ioannis, Lange Bernd, de Lange Esther, Langensiepen Katrin, Larrouturou Pierre, Lebreton Gilles, Lega David, Liese Peter, Lizzi Elena, Loiseau Nathalie, López Javi, López Gil Leopoldo, López-Istúriz White Antonio, Luena César, Łukacijewska Elżbieta Katarzyna, Lundgren Peter, McAllister David, McGuinness Mairead, Maestre Martín De Almagro Cristina, Maldeikienė Aušra, Maldonado López Adriana, Manda Claudiu, Manders Antonius, Mariani Thierry, Marques Margarida, Marques Pedro, Martusciello Fulvio, Matić Predrag Fred, Mato Gabriel, Mavrides Costas, Maxová Radka, Maydell Eva, Mayer Georg, Mazurek Beata, Mažylis Liudas, Mebarek Nora, Meimarakis Vangelis, Melchior Karen, Metsola Roberta, Metz Tilly, Meuthen Jörg, Michels Martina, Mikser Sven, Miller Leszek, Moretti Alessandra, Mortler Marlene, Motreanu Dan-Ştefan, Możdżanowska Andżelika Anna, Müller Ulrike, Mureşan Siegfried, Nagtegaal Caroline, Neumann Hannah, Neuser Norbert, Niebler Angelika, Niedermayer Luděk, Nienaß Niklas, Novak Ljudmila, Novakov Andrey, Oetjen Jan-Christoph, Olekas Juozas, Olivier Philippe, Pagazaurtundúa Maite, Papadakis Demetris, Papadakis Kostas, Papadimoulis Dimitrios, Paulus Jutta, Pedicini Piernicola, Peksa Mikuláš, Pelletier Anne-Sophie, Penkova Tsvetelina, Pereira Sandra, Peter-Hansen Kira Marie, Petersen Morten, Picierno Pina, Picula Tonino, Pieper Markus, Pignedoli Sabrina, Pirbakas Maxette, Pîslaru Dragoș, Plumb Rovana, Ponsatí Obiols Clara, Poręba Tomasz Piotr, Puigdemont i Casamajó Carles, Radačovský Miroslav, Radtke Dennis, Rafaela Samira, Rafalska Elżbieta, Rangel Paulo, Regner Evelyn, Reil Guido, Reintke Terry, Ries Frédérique, Rinaldi Antonio Maria, Riquet Dominique, Roberti Franco, Rodríguez-Piñero Inma, Rodríguez Palop Eugenia, Rodríguez Ramos María Soraya, Rónai Sándor, Rondinelli Daniela, Rookmaker Dorien, Roos Robert, Roose Caroline, Ropė Bronis, Ros Sempere Marcos, Rougé André, Ruissen Bert-Jan, Ruiz Devesa Domènec, Rzońca Bogdan, Salini Massimiliano, Sánchez Amor Nacho, Sander Anne, Sant Alfred, Santos Isabel, Sardone Silvia, Sassoli David Maria, Satouri Mounir, Schaldemose Christel, Schmiedtbauer Simone, Schneider Christine, Scholz Helmut, Schreinemacher Liesje, Schwab Andreas, Séjourné Stéphane, Semedo Monica, Semsrott Nico, Sidl Günther, Silva Pereira Pedro, Simon Sven, Sinčić Ivan Vilibor, Slabakov Andrey, Sofo Vincenzo, Šojdrová Michaela, Solís Pérez Susana, Spyraki Maria, Štefanec Ivan, Ştefănuță Nicolae, Strik Tineke, Strugariu Ramona, Tang Paul, Tarabella Marc, Tarczyński Dominik, Tardino Annalisa, Tax Vera, Terras Riho, Tertsch Hermann, Thaler Barbara, Thun und Hohenstein Róża, Tobiszowski Grzegorz, Tomac Eugen, Tomaševski Valdemar, Tomašić Ruža, Tomc Romana, Toom Yana, Torvalds Nils, Tošenovský Evžen, Tóth Edina, Toussaint Marie, Trillet-Lenoir Véronique, Tudose Mihai, Uhrík Milan, Urtasun Ernest, Uspaskich Viktor, Vana Monika, Van Brempt Kathleen, Van Overtveldt Johan, Van Sparrentak Kim, Vautmans Hilde, Vedrenne Marie-Pierre, Verheyen Sabine, Vilimsky Harald, Vincze Loránt, Vind Marianne, Vollath Bettina, Vondra Alexandr, Voss Axel, Vozemberg-Vrionidi Elissavet, Vuolo Lucia, Vázquez Lázara Adrián, Wallace Mick, Walsh Maria, Walsmann Marion, Warborn Jörgen, Waszczykowski Witold Jan, Weber Manfred, Weiss Pernille, Wieland Rainer, Wiener Sarah, Wiezik Michal, Winkler Iuliu, Winzig Angelika, Wiseler-Lima Isabel, Wölken Tiemo, Wolters Lara, Yenbou Salima, Yon-Courtin Stéphanie, Yoncheva Elena, Zacharopoulou Chrysoula, Zalewska Anna, Zambelli Stefania, Zarzalejos Javier, Zdechovský Tomáš, Złotowski Kosma, Zoido Álvarez Juan Ignacio, Zorrinho Carlos, Zovko Željana

Skużati:

Al-Sahlani Abir, Beghin Tiziana, Casanova Massimo, Conte Rosanna, Dalli Miriam, Fidanza Carlo, Fiocchi Pietro, Fotyga Anna, Furore Mario, Garraud Jean-Paul, Hajšel Robert, Hayer Valérie, Juknevičienė Rasa, Majorino Pierfrancesco, Matias Marisa, Ochojska Janina, Panza Alessandro, Patriciello Aldo, Pineda Manu, Søgaard-Lidell Linea, Tovaglieri Isabella, Zanni Marco, Zver Milan

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza