7. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-kromafenożid, il-fluwometuron, il-penċikuron, is-sedassan, it-taw-fluvalinat u t-triażossidu f'ċerti prodotti jew fuqhom (D063895/04 - 2020/2614(RPS) - skadenza: 24 ta' Mejju 2020) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-użu tal-Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b) (D066082/02 - 2020/2615(RPS) - skadenza: 25 ta' Mejju 2020) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI