Il-minuti tas-seduta li għaddejja u l-minuti tas-seduta tal-bieraħ se jkunu sottoposti għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tas-seduta li jmiss.
Bil-qbil tal-Parlament, it-testi adottati waqt is-sessjoni li għaddejja se jitressqu issa quddiem id-destinatarji tagħhom.
° ° ° °
Il-President jirringrazzja lill-persunal u lill-Membri tal-Parlament u jagħlaq b'kwotazzjoni mill-kittieb Ċilen, Luis Sepúlveda, li miet reċentement.