Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ġimgħa, 15 ta' Mejju 2020 - Brussell

8. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
CRE

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat AGRI biex jidħol f'negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2021 (COM(2019)0581 – C9-0162/2019 – 2019/0254(COD)). Rapporteur: Elsi Katainen (A9-0101/2020) (punt 8 tal-Minuti ta' 13.5.2020 u punt 4 tal-Minuti ta' 15.5.2020).

Intervent ta': Norbert Lins.

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali tal-proċeduri urġenti li ġejjin deċiżi nhar l-Erbgħa 13 ta' Mejju 2020 (punt 17 tal-Minuti ta' 13.5.2020):

—   Assistenza makrofinanzjarja lis-sħab tat-tkabbir u tal-viċinat fil-kuntest tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 ***I [COM(2020)0163 - C9-0119/2020- 2020/0065(COD)] - Kumitat INTA;

—   Miżuri temporanji dwar l-operat ta' servizzi tal-ajru ***I [COM(2020)0178 - C9-0124/2020- 2020/0069(COD)] - Kumitat TRAN;

—   Miżuri temporanji li jikkonċernaw il-validità ta' ċertifikati u liċenzji (omnibus) ***I [COM(2020)0176 - C9-0126/2020- 2020/0068(COD)] - Kumitat TRAN;

—   Tariffi għall-infrastruttura tal-portijiet ***I [COM(2020)0177 - C9-0123/2020- 2020/0067(COD)] - Kumitat TRAN;

—   Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju: l-estensjoni tal-perjodu ta' traspożizzjoni ***I [COM(2020)0179 - C9-0125/2020- 2020/0071(COD)] - Kumitat TRAN.

Il-votazzjoni kienet miftuħa sat-15.30.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 17.30.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.19.)

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Ottubru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza