Indiċi 
Minuti
XML 74kPDF 228kWORD 64k
Il-Ġimgħa, 15 ta' Mejju 2020 - Brussell
1.Ftuħ tas-seduta
 2.Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari
 3.L-ewwel sessjoni ta' votazzjonijiet
 4.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)
 5.Tkomplija tas-seduta
 6.Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni
 7.Tkomplija tas-seduta
 8.It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
 9.Tkomplija tas-seduta
 10.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 11.Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni
 12.Spjegazzjonijiet tal-vot
 13.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 14.Dokumenti mressqa
 15.Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja
 16.Modifiki tal-konsultazzjonijiet mal-Kumitati (Artikolu 56 tar-Regoli ta' Proċedura)
 17.Kumitati assoċjati (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)
 18.Deċiżjoni biex tiġi applikata l-proċedura b'kumitat konġunt (Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura)
 19.Approvazzjoni tal-minuti tas-sessjoni li għaddejja u trażmissjoni tat-testi adottati
 20.Kalendarju tas-seduti li jmiss
 21.Għeluq tas-seduta
 22.Interruzzjoni tas-sessjoni
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

1. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.32.


2. Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 63(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjoni li ġejja, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottaha, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 - Adottata mill-Kunsill fil-15 ta' April 2020 (05639/2/2020 - C9-0132/2020 - 2018/0178(COD)) - (02023/2020 - COM(2020)0155)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON, ENVI

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 16 Mejju 2020.


3. L-ewwel sessjoni ta' votazzjonijiet

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar:

— il-mozzjoni għal riżoluzzjoni kofirmata: Il-QFP il-ġdid, ir-riżorsi proprji u l-Pjan ta' rkupru (B9-0158/2020)

u dwar l-emendi għall-fajls tal-proċeduri urġenti li ġejjin:

—   Assistenza makrofinanzjarja lis-sħab tat-tkabbir u tal-viċinat fil-kuntest tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 ***I [COM(2020)0163 - C9-0119/2020- 2020/0065(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali;

—   Miżuri temporanji dwar l-operat ta' servizzi tal-ajru ***I [COM(2020)0178 - C9-0124/2020- 2020/0069(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu;

—   Miżuri temporanji li jikkonċernaw il-validità ta' ċertifikati u liċenzji (omnibus) ***I [COM(2020)0176 - C9-0126/2020- 2020/0068(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu;

—   Tariffi għall-infrastruttura tal-portijiet ***I [COM(2020)0177 - C9-0123/2020- 2020/0067(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu;

—   Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju: l-estensjoni tal-perjodu ta' traspożizzjoni ***I [COM(2020)0179 - C9-0125/2020- 2020/0071(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu.

Il-votazzjoni kienet miftuħa sal-10.45.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 13.15.


4. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)

Il-President ħabbar li rċieva talba għal votazzjoni fil-Parlament, skont l-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, min-naħa tal-Grupp Verts/ALE u ta' diversi Membri dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat AGRI biex jidħol fin-negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tal-Erbgħa 13 ta' Mejju 2020 (punt 8 tal-Minuti tad-data 13.5.2020).

Il-votazzjoni saret illum il-Ġimgħa 15 ta' Mejju 2020 mis-14.15 sat-15.30.

Il-President ħabbar li ma rċevix talba min-naħa ta' għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kumitat PECH biex jidħol fin-negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tal-Erbgħa 13 ta' Mejju 2020 (punt 8 tal-Minuti tad-data 13.5.2020).

Il-Kumitat PECH għalhekk seta' jibda n-negozjati wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Intervent ta': Bas Eickhout.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 09.38.)


PRESIDENZA: David Maria SASSOLI
President

5. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 13.22.


6. Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni

Il-President qara r-riżultati tal-votazzjoni finali tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni kofirmata B9-0158/2020 u tal-votazzjonijiet dwar l-emendi għall-fajls tal-proċeduri urġenti (punt 3 tal-Minuti tad-data 15.5.2020).

Il-QFP il-ġdid, ir-riżorsi proprji u l-Pjan ta' rkupru (B9-0158/2020)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P9_TA-PROV(2020)0124)

(Dettall tal-votazzjoni: anness "Riżultati tal-votazzjonijiet" tat-13, l-14 u l-15 ta' Mejju 2020, punt 68)

(Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B9-0156/2020 u B9-0157/2020 iddekadew.)

Assistenza makrofinanzjarja lis-sħab tat-tkabbir u tal-viċinat fil-kuntest tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 ***I [COM(2020)0163 - C9-0119/2020- 2020/0065(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA-PROV(2020)0125)
(Dettall tal-votazzjoni: anness "Riżultati tal-votazzjonijiet" tat-13, l-14 u l-15 ta' Mejju 2020, punt 69)

Miżuri temporanji dwar l-operat ta' servizzi tal-ajru ***I [COM(2020)0178 - C9-0124/2020- 2020/0069(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA-PROV(2020)0126)
(Dettall tal-votazzjoni: anness "Riżultati tal-votazzjonijiet" tat-13, l-14 u l-15 ta' Mejju 2020, punt 70)

Miżuri temporanji li jikkonċernaw il-validità ta' ċertifikati u liċenzji (omnibus) ***I [COM(2020)0176 - C9-0126/2020- 2020/0068(COD)]- Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA-PROV(2020)0127)
(Dettall tal-votazzjoni: anness "Riżultati tal-votazzjonijiet" tat-13, l-14 u l-15 ta' Mejju 2020, punt 71)

Tariffi għall-infrastruttura tal-portijiet ***I [COM(2020)0177 - C9-0123/2020- 2020/0067(COD)]- Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA-PROV(2020)0128)
(Dettall tal-votazzjoni: anness "Riżultati tal-votazzjonijiet" tat-13, l-14 u l-15 ta' Mejju 2020, punt 72)

Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju: l-estensjoni tal-perjodu ta' traspożizzjoni ***I [COM(2020)0179 - C9-0125/2020- 2020/0071(COD)]- Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA-PROV(2020)0129)
(Dettall tal-votazzjoni: anness "Riżultati tal-votazzjonijiet" tat-13, l-14 u l-15 ta' Mejju 2020, punt 73)

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.26.)


PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

7. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 14.15.


8. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat AGRI biex jidħol f'negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2021 (COM(2019)0581 – C9-0162/2019 – 2019/0254(COD)). Rapporteur: Elsi Katainen (A9-0101/2020) (punt 8 tal-Minuti tad-data 13.5.2020 u punt 4 tal-Minuti tad-data 15.5.2020).

Intervent ta': Norbert Lins.

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali tal-proċeduri urġenti li ġejjin deċiżi nhar l-Erbgħa 13 ta' Mejju 2020 (punt 17 tal-Minuti tad-data 13.5.2020):

—   Assistenza makrofinanzjarja lis-sħab tat-tkabbir u tal-viċinat fil-kuntest tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 ***I [COM(2020)0163 - C9-0119/2020- 2020/0065(COD)] - Kumitat INTA;

—   Miżuri temporanji dwar l-operat ta' servizzi tal-ajru ***I [COM(2020)0178 - C9-0124/2020- 2020/0069(COD)] - Kumitat TRAN;

—   Miżuri temporanji li jikkonċernaw il-validità ta' ċertifikati u liċenzji (omnibus) ***I [COM(2020)0176 - C9-0126/2020- 2020/0068(COD)] - Kumitat TRAN;

—   Tariffi għall-infrastruttura tal-portijiet ***I [COM(2020)0177 - C9-0123/2020- 2020/0067(COD)] - Kumitat TRAN;

—   Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju: l-estensjoni tal-perjodu ta' traspożizzjoni ***I [COM(2020)0179 - C9-0125/2020- 2020/0071(COD)] - Kumitat TRAN.

Il-votazzjoni kienet miftuħa sat-15.30.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 17.30.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.19.)


9. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 17.30.


10. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-Grupp Renew id-deċiżjoni li ġejja li timmodifika l-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:

Kumitat PETI: Monica Semedo u Andrus Ansip

Din id-deċiżjoni jibda jkollha effett mid-data tal-lum.


11. Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni

Il-President qara r-riżultati tal-votazzjonijiet dwar:

Assistenza makrofinanzjarja lis-sħab tat-tkabbir u tal-viċinat fil-kuntest tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 ***I [COM(2020)0163 - C9-0119/2020- 2020/0065(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P9_TA-PROV(2020)0125)
(Dettall tal-votazzjoni: anness "Riżultati tal-votazzjonijiet" tat-13, l-14 u l-15 ta' Mejju 2020, punt 69)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Miżuri temporanji dwar l-operat ta' servizzi tal-ajru ***I [COM(2020)0178 - C9-0124/2020- 2020/0069(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P9_TA-PROV(2020)0126)
(Dettall tal-votazzjoni: anness "Riżultati tal-votazzjonijiet" tat-13, l-14 u l-15 ta' Mejju 2020, punt 70)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Miżuri temporanji li jikkonċernaw il-validità ta' ċertifikati u liċenzji (omnibus) ***I [COM(2020)0176 - C9-0126/2020- 2020/0068(COD)]- Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P9_TA-PROV(2020)0127)
(Dettall tal-votazzjoni: anness "Riżultati tal-votazzjonijiet" tat-13, l-14 u l-15 ta' Mejju 2020, punt 71)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Tariffi għall-infrastruttura tal-portijiet ***I [COM(2020)0177 - C9-0123/2020- 2020/0067(COD)]-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P9_TA-PROV(2020)0128)
(Dettall tal-votazzjoni: anness "Riżultati tal-votazzjonijiet" tat-13, l-14 u l-15 ta' Mejju 2020, punt 72)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju: l-estensjoni tal-perjodu ta' traspożizzjoni ***I [COM(2020)0179 - C9-0125/2020- 2020/0071(COD)]- Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P9_TA-PROV(2020)0129)
(Dettall tal-votazzjoni: anness "Riżultati tal-votazzjonijiet" tat-13, l-14 u l-15 ta' Mejju 2020, punt 73)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Deċiżjoni tal-Kumitat AGRI biex jidħol f'negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2021 (COM(2019)0581 – C9-0162/2019 – 2019/0254(COD)). Rapporteur: Elsi Katainen (A9-0101/2020) ***I

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

DEĊIŻJONI GĦAL DĦUL F'NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI

Approvazzjoni
(Dettall tal-votazzjoni: anness "Riżultati tal-votazzjonijiet" tat-13, l-14 u l-15 ta' Mejju 2020, punt 74)


12. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.

B'mod eċċezzjonali ġew aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot ta' tul massimu ta' 400 kelma.


13. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jinsabu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet”, anness mal-minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament. Huma indikati għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma jbiddlu bl-ebda mod ir-riżultat tal-votazzjoni kif imħabba fil-plenarja.

Id-dokument jiġi aġġornat regolarment tul perjodu massimu ta' ġimagħtejn wara s-sessjoni parzjali.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-lista tal-korrezzjonijiet għall-voti u tal-intenzjonijiet tal-vot tingħalaq sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.


14. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali tal-2020: Id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2019 - Pożizzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2020 (07764/2020 - C9-0131/2020 - 2020/2061(BUD))
irriferut lill-kumitat responsabbli: BUDG

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE biex tiġi indirizzata l-ħtieġa urġenti li jiġu posposti ċerti limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0197 - C9-0134/2020 - 2020/0081(CNS))
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON


15. Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja

Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data tat-2 ta' April 2020)

Kumitati BUDG, ECON

- Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli - Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku (2020/2058(INI))
(opinjoni: ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), ITRE, TRAN, AGRI, CULT)


16. Modifiki tal-konsultazzjonijiet mal-Kumitati (Artikolu 56 tar-Regoli ta' Proċedura)

Kumitat ECON

- L-istabbiliment tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (COM(2020)0022 - C9-0007/2020 - 2020/0006(COD))
irriferut lill-kumitat responsabbli: REGI
opinjoni: BUDG, ECON, EMPL, ENVI, ITRE, TRAN, AGRI


17. Kumitati assoċjati (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data tat-2 ta' April 2020)

Kumitati BUDG, ECON

- Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli - Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku (2020/2058(INI))
(opinjoni: ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), ITRE, TRAN, AGRI, CULT)


18. Deċiżjoni biex tiġi applikata l-proċedura b'kumitat konġunt (Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data tat-2 ta' April 2020 )

Kumitati BUDG, ECON

- Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli - Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku (2020/2058(INI))
(opinjoni: ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), ITRE, TRAN, AGRI, CULT)


19. Approvazzjoni tal-minuti tas-sessjoni li għaddejja u trażmissjoni tat-testi adottati

Il-Minuti ta' din is-seduta u l-Minuti tas-seduti tat-13 ta' Mejju 2020 u tal-14 ta' Mejju 2020 se jitqiegħdu quddiem l-Parlament, għall-approvazzjoni tiegħu, fil-bidu tas-seduta li jmiss.

Bil-qbil tal-Parlament, it-testi adottati waqt is-sessjoni li għaddejja se jitressqu issa quddiem id-destinatarji tagħhom.


20. Kalendarju tas-seduti li jmiss

Is-seduti li jmiss se jsiru fid-dati 17 ta' Ġunju 2020 u 18 ta' Ġunju 2020.


21. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 17.34.


22. Interruzzjoni tas-sessjoni

Is-sessjoni tal-Parlament Ewropew ġiet interrotta.

Klaus Welle

David Maria Sassoli

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adinolfi Isabella, Anderson Christine, Andresen Rasmus, Angel Marc, Ansip Andrus, Aubry Manon, Balt Marek Paweł, Băsescu Traian, Basso Alessandra, Beck Gunnar, Beghin Tiziana, Benifei Brando, Berg Lars Patrick, Berger Stefan, Bischoff Gabriele, Bizzotto Mara, Borchia Paolo, Botoş Vlad-Marius, Breyer Patrick, Brudziński Joachim Stanisław, Buchheit Markus, Campomenosi Marco, Cañas Jordi, Canfin Pascal, Castaldo Fabio Massimo, Cavazzini Anna, Ceccardi Susanna, Chahim Mohammed, Chastel Olivier, Comín i Oliveres Antoni, Conte Rosanna, Corrao Ignazio, Czarnecki Ryszard, Dalunde Jakop G., Danti Nicola, De Meo Salvatore, Delbos-Corfield Gwendoline, Deli Andor, Donato Francesca, Dorfmann Herbert, Düpont Lena, Durá Ferrandis Estrella, Durand Pascal, Dzhambazki Angel, Eickhout Bas, Eppink Derk Jan, Ertug Ismail, Ferber Markus, Fernández Jonás, Ferrandino Giuseppe, Ferrara Laura, Fidanza Carlo, Freund Daniel, Gahler Michael, Gancia Gianna, García Muñoz Isabel, Geuking Helmut, Giarrusso Dino, Gieseke Jens, González Pons Esteban, Griset Catherine, Hahn Svenja, Hansen Christophe, Herbst Niclas, Hohlmeier Monika, Holmgren Pär, Hristov Ivo, Hübner Danuta Maria, Juvin Herve, Karleskind Pierre, Kefalogiannis Manolis, Kempa Beata, Kohut Łukasz, Konstantinou Athanasios, Kopcińska Joanna, Körner Moritz, Kountoura Elena, Kovařík Ondřej, Kovatchev Andrey, Krah Maximilian, Krehl Constanze, Kuhnke Alice, Kuźmiuk Zbigniew, Larrouturou Pierre, Lenaers Jeroen, Lexmann Miriam, Lins Norbert, López Javi, López-Istúriz White Antonio, Manders Antonius, Mariani Thierry, Marquardt Erik, Marques Pedro, Martusciello Fulvio, Matias Marisa, Mayer Georg, Mazurek Beata, Metsola Roberta, Montserrat Dolors, Moreno Sánchez Javier, Moretti Alessandra, Możdżanowska Andżelika Anna, Mureşan Siegfried, Neumann Hannah, Niebler Angelika, Oetjen Jan-Christoph, Omarjee Younous, Paet Urmas, Pagazaurtundúa Maite, Pedicini Piernicola, Pelletier Anne-Sophie, Pereira Lídia, Picierno Pina, Picula Tonino, Pîslaru Dragoș, Ponsatí Obiols Clara, Poręba Tomasz Piotr, Procaccini Nicola, Rafalska Elżbieta, Regner Evelyn, Ries Frédérique, Rinaldi Antonio Maria, Riquet Dominique, Rónai Sándor, Rookmaker Dorien, Roos Robert, Ruiz Devesa Domènec, Rzońca Bogdan, Salini Massimiliano, Sánchez Amor Nacho, Sardone Silvia, Schaldemose Christel, Schulze Sven, Schwab Andreas, Seekatz Ralf, Semsrott Nico, Silva Pereira Pedro, Skyttedal Sara, Sofo Vincenzo, Solís Pérez Susana, Spurek Sylwia, Spyraki Maria, Ştefănuță Nicolae, Stegrud Jessica, Szydło Beata, Tardino Annalisa, Terras Riho, Tobiszowski Grzegorz, Toom Yana, Torvalds Nils, Tovaglieri Isabella, Tudorache Dragoş, Ušakovs Nils, Vandendriessche Tom, Vautmans Hilde, Verhofstadt Guy, Vincze Loránt, Voss Axel, Waitz Thomas, Wallace Mick, Waszczykowski Witold Jan, Weimers Charlie, Wieland Rainer, Wiseler-Lima Isabel, Wiśniewska Jadwiga, Wölken Tiemo, Yoncheva Elena, Zacharopoulou Chrysoula, Zalewska Anna, Zoido Álvarez Juan Ignacio

Skużati:

Al-Sahlani Abir, Maldeikienė Aušra, Søgaard-Lidell Linea, Thun und Hohenstein Róża

Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' April 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza