Indiċi 
Minuti
XML 78kPDF 236kWORD 66k
L-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2020 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Avviż mill-Presidenza
 4.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
 5.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 6.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
 7.Ordni tal-ħidma
 8.Dokumenti mressqa
 9.Pakkett ta' rkupru tal-UE (dibattitu)
 10.Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
 11.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)
 12.Modifiki tal-konsultazzjonijiet mal-Kumitati (Artikolu 56 tar-Regoli ta' Proċedura)
 13.Kumitati assoċjati (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)
 14.Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja
 15.Proċedura ta' approvazzjoni (Artikolu 105 tar-Regoli ta' Proċedura)
 16.Modifika ta' titoli ta' rapporti fuq inizjattiva proprja
 17.Irtirar ta' proċeduri ta' rapporti fuq inizjattiva proprja
 18.Approvazzjoni tal-minuti tas-sezzjoni li għaddejja
 19.Kalendarju tas-seduti li jmiss
 20.Għeluq tas-seduta
 21.Interruzzjoni tas-sessjoni
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: David Maria SASSOLI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ġimgħa 15 ta' Mejju 2020 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 13.35.


3. Avviż mill-Presidenza

Il-President fakkar fil-miżuri preventivi introdotti fir-reċinti tal-Parlament li jippermettu t-tbegħid soċjali matul din is-sessjoni parzjali.


4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti

Il-Minuti tas-seduti tat-13 ta' Mejju 2020, l-14 ta' Mejju 2020 u l-15 ta' Mejju 2020 ġew approvati.


5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-Grupp ECR id-deċiżjoni li ġejja li timmodifika l-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indja: Cristian Terheş minflok Raffaele Fitto

Din id-deċiżjoni jibda jkollha effett mid-data tal-lum.


6. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, mill-interruzzjoni tas-sessjoni tal-15 ta' Mejju 2020 iffirma l-atti li ġejjin adottati skont il-procédura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (00003/2020/LEX - C9-0085/2020 - 2018/0148(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment ta' assistenza makrofinanzjarja lis-sħab tat-tkabbir u tal-viċinat fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (00011/2020/LEX - C9-0139/2020 - 2020/0065(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (00012/2020/LEX - C9-0130/2020 - 2018/0169(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità, fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 (00013/2020/LEX - C9-0144/2020 - 2020/0069(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798, fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tat-traspożizzjoni tagħhom (00014/2020/LEX - C9-0143/2020 - 2020/0071(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/352, sabiex il-korp ta' ġestjoni ta' port jew l-awtorità kompetenti jkunu jistgħu joffru l-flessibbiltà fir-rigward tal-impożizzjoni tat-tariffi tal-infrastruttura portwarja fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19 (00015/2020/LEX - C9-0140/2020 - 2020/0067(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta' ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta' ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f'ċerti oqsma tal-leġislazzjoni dwar it-trasport (00016/2020/LEX - C9-0141/2020 - 2020/0068(COD)).


7. Ordni tal-ħidma

Tqassam l-abbozz definittiv tal-aġenda ta' sin is-sessjoni parzjali (PE 653.005/PDOJ). Ma ġiet proposta l-ebda modifika.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


8. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2454 f'dak li jirrigwarda d-dati tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020)0201 - C9-0136/2020 - 2020/0084(CNS))

irriferut

responsabbli:

ECON

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 10/2020 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N9-0018/2020 - C9-0135/2020 - 2020/2089(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttivi (UE) 2017/2455 u (UE) 2019/1995 f'dak li jirrigwarda d-dati tat-traspożizzjoni u tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020)0198 - C9-0137/2020 - 2020/0082(CNS))

irriferut

responsabbli:

ECON

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 09/2020 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N9-0019/2020 - C9-0138/2020 - 2020/2090(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (COM(2020)0206 - C9-0145/2020 - 2020/0086(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

REGI

opinjoni:

BUDG, EMPL, CULT

2) mill-Membri

- Jordan Bardella. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar is-sospensjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud għall-maskri mediċi fl-2020 (B9-0152/2020)

irriferut

responsabbli:

ECON

opinjoni:

ENVI

- Marco Campomenosi u Elena Lizzi. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar it-twaqqif ta' fond iddedikat għall-finanzjament u l-appoġġ għas-settur tal-inbid Ewropew minħabba t-telf ikkawżat mill-kriżi tal-COVID-19 (B9-0153/2020)

irriferut

responsabbli:

AGRI

opinjoni:

ITRE


9. Pakkett ta' rkupru tal-UE (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Pakkett ta' rkupru tal-UE (2020/2659(RSP))

Nikolina Brnjac (President fil-kariga tal-Kunsill) u Ursula von der Leyen (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Dacian Cioloş f'isem il-Grupp Renew, Jörg Meuthen f'isem il-Grupp ID, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Johan Van Overtveldt f'isem il-Grupp ECR, Manon Aubry f'isem il-Grupp GUE/NGL, Isabella Adinolfi Membru mhux affiljata, Siegfried Mureşan, Brando Benifei, Valérie Hayer, Alessandro Panza, Bas Eickhout, Beata Szydło, Márton Gyöngyösi, Esther de Lange, Jens Geier, Luis Garicano, Herve Juvin, Damien Carême, Derk Jan Eppink, Carles Puigdemont i Casamajó, Esteban González Pons u Jonás Fernández.

PRESIDENZA: Katarina BARLEY
Viċi President

Interventi ta': Malik Azmani, Roman Haider, Ernest Urtasun, Carlo Fidanza, Evelyn Regner u Gerolf Annemans.

Interventi ta': Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) u Nikolina Brnjac.

Id-dibattitu ngħalaq.


10. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/517 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla u l-proċedura għall-ħatra tar-Reġistru tal-isem tad-dominju tal-ogħla livell .eu (C(2020)03075 - 2020/2655(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Mejju 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-esklużjoni ta' titjiriet li jidħlu mill-Iżvizzera mill-iskema tal-UE għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet (C(2020)03107 - 2020/2660(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Mejju 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (C(2020)03114 - 2020/2658(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-15 ta' Mejju 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, il-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet (C(2020)03151 - 2020/2661(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Mejju 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)


11. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bil-għan li jiġi inkluż tip ġdid ta' fertilizzanti tal-KE fl-Anness I (D064714/02 - 2020/2654(RPS) - skadenza: 12 ta' Awwissu 2020)
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO
opinjoni: ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), AGRI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-klorpirifos u l-klorpirifos-metil f'ċerti prodotti jew fuqhom (D064960/03 - 2020/2650(RPS) - skadenza: 12 ta' Lulju 2020)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi tat-3-monokloropropandiol (it-3-MCPD), tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi grassi u tal-esteri gliċidiliċi tal-aċidi grassi f'ċerti oġġetti tal-ikel (D066084/02 - 2020/2651(RPS) - skadenza: 12 ta' Awwissu 2020)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) fil-laħam affumikat u fil-prodotti tal-laħam affumikati b'mod tradizzjonali u fil-ħut affumikat u fil-prodotti tas-sajd affumikati b'mod tradizzjonali u li jistabbilixxi livell massimu ta' PAHs fit-trabijiet tal-ikel li joriġinaw mill-pjanti li jintużaw fil-preparazzjoni tax-xarbiet (D066085/02 - 2020/2652(RPS) - skadenza: 12 ta' Awwissu 2020)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (D066086/02 - 2020/2653(RPS) - skadenza: 12 ta' Awwissu 2020)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI.


12. Modifiki tal-konsultazzjonijiet mal-Kumitati (Artikolu 56 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Statut għall-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ transfruntieri Ewropej (2020/2026(INL))
irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI
opinjoni: EMPL, LIBE


13. Kumitati assoċjati (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 7 ta' Mejju 2020)

Kumitat EMPL

- Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjoni Ġusta - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2020/2084(INI))
(opinjoni: CULT (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), FEMM)

Kumitat ENVI

- Pjan ta' Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari (2020/2077(INI))
(opinjoni: INTA, EMPL, ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), TRAN, AGRI)

- Nuqqas ta' mediċini - kif nindirizzaw problema emerġenti (2020/2071(INI))
(opinjoni: DEVE, INTA, EMPL, ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), TRAN, JURI)

- L-istabbiliment tal-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u emenda tar-Regolament (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (COM(2020)0080 - C9-0077/2020 - 2020/0036(COD))
(opinjoni: ECON, EMPL, ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), TRAN, REGI, AGRI)

- Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja (2019/2156(INI))
(opinjoni: DEVE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), INTA, ITRE, REGI, AGRI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))

Kumitat ITRE

- Strateġija Industrijali ġdida għall-Ewropa (2020/2076(INI))
(opinjoni: INTA, EMPL, ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO, REGI, JURI)

Kumitat JURI

- L-isfidi għall-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi fl-ambjent diġitali (2020/2073(INL))
(opinjoni: CULT (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))

Kumitat LIBE

- L-istabbiliment ta' Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (2020/2072(INL))
(opinjoni: JURI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), AFCO)

Kumitat REGI

- L-istabbiliment tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (COM(2020)0022 - C9-0007/2020 - 2020/0006(COD))
(opinjoni: BUDG (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), ECON (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), EMPL (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), TRAN, AGRI)


14. Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja

Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja (Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 7 ta' Mejju 2020)

Kumitat JURI

- L-isfidi għall-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi fl-ambjent diġitali (2020/2073(INL))
(opinjoni: CULT (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))

Kumitat LIBE

- L-istabbiliment ta' Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (2020/2072(INL))
(opinjoni: JURI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), AFCO)

Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 7 ta' Mejju 2020)

Kumitat AFCO

- Analiżi tal-elezzjonijiet Ewropej (2020/2088(INI))

Kumitat AGRI

- Rapport ta' implimentazzjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali tal-farms (2020/2085(INI))
(opinjoni: ENVI)

Kumitat ECON

- Ir-rieżami tal-qafas leġiżlattiv makroekonomiku għal impatt aħjar fuq l-ekonomija reali tal-Ewropa u trasparenza aħjar tat-teħid ta' deċiżjonijiet u tal-akkontabilità demokratika (2020/2075(INI))
(opinjoni: AFCO)

- Politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro 2020 (2020/2078(INI))

Kumitat EMPL

- Implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol fid-dawl tal-UNCRPD (2020/2086(INI))
(opinjoni: LIBE, FEMM, PETI)

- L-impjiegi u l-politiki soċjali taż-żona tal-euro fl-2020 (2020/2079(INI))

- Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjoni Ġusta - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2020/2084(INI))
(opinjoni: CULT (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), FEMM)

Kumitat ENVI

- Nuqqas ta' mediċini - kif nindirizzaw problema emerġenti (2020/2071(INI))
(opinjoni: DEVE, INTA, EMPL, ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), TRAN, JURI)

- Pjan ta' Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari (2020/2077(INI))
(opinjoni: INTA, EMPL, ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), TRAN, AGRI)

Kumitat ITRE

- Massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk tal-bini tal-UE (2020/2070(INI))
(opinjoni: ENVI)

- Strateġija Industrijali ġdida għall-Ewropa (2020/2076(INI))
(opinjoni: INTA, EMPL, ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO, REGI, JURI)

Kumitat REGI

- Il-politika ta' koeżjoni u l-istrateġiji ambjentali reġjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima (2020/2074(INI))
(opinjoni: ENVI, ITRE, TRAN, AGRI)

- Rieżami tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2020/2087(INI))
(opinjoni: BUDG)

Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja (Artikolu 118 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 7 ta' Mejju 2020)

Kumitat AFET

- Proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-relazzjonijiet mal-Belarussja (2020/2081(INI))

- Rakkomandazzjoni lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rigward l-implimentazzjoni u l-governanza tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) (2020/2080(INI))
(opinjoni: AFCO)


15. Proċedura ta' approvazzjoni (Artikolu 105 tar-Regoli ta' Proċedura)

Rapporti li jinkludu mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar proċedura ta' approvazzjoni (Artikolu 105(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għan-notifika tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tad-data 10 ta' Marzu 2020)

Kumitat PECH

- Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (2020-2026) (2020/0002M(NLE) - 2020/0002(NLE))
(opinjoni: DEVE, BUDG)

Rapporti interim

(B'segwitu għan-notifika tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tad-data 10 ta' Marzu 2020)

Kumitat LIBE

- Id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (2017/0360R(NLE) - 2017/0360(NLE))
(opinjoni: AFCO, FEMM)


16. Modifika ta' titoli ta' rapporti fuq inizjattiva proprja

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 7 ta' Mejju 2020)

Kumitat ENVI

Titolu ġdid: Ir-rwol tal-UE fil-protezzjoni u r-restawr tal-foresti tad-dinja (2019/2156(INI))


17. Irtirar ta' proċeduri ta' rapporti fuq inizjattiva proprja

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 7 ta' Mejju 2020)

Kumitat EMPL

Evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm EaSI (2019/2203(INI))


18. Approvazzjoni tal-minuti tas-sezzjoni li għaddejja

Skont l-Artikolu 202(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-minuti tas-seduta li għaddejja se jkunu sottoposti għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tal-parti ta' waranofsinhar tas-sessjoni parzjali li jmiss.


19. Kalendarju tas-seduti li jmiss

Is-seduti li jmiss se jsiru fid-dati 17 ta' Ġunju 2020 u 18 ta' Ġunju 2020.


20. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 15.10.


21. Interruzzjoni tas-sessjoni

Is-sessjoni tal-Parlament Ewropew ġiet interrotta.

Klaus Welle

David Maria Sassoli

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adinolfi Isabella, Angel Marc, Annemans Gerolf, Ansip Andrus, Arena Maria, Aubry Manon, Azmani Malik, Balt Marek Paweł, Barley Katarina, Băsescu Traian, Bay Nicolas, Beck Gunnar, Beghin Tiziana, Bellamy François-Xavier, Benifei Brando, Berger Stefan, Bischoff Gabriele, Bizzotto Mara, Bloss Michael, Borchia Paolo, Botoş Vlad-Marius, Boyer Gilles, Brudziński Joachim Stanisław, Buchheit Markus, Campomenosi Marco, Cañas Jordi, Canfin Pascal, Carême Damien, Casa David, Caspary Daniel, Castaldo Fabio Massimo, Ceccardi Susanna, Cerdas Sara, Chahim Mohammed, Chaibi Leila, Chastel Olivier, Colin-Oesterlé Nathalie, Comín i Oliveres Antoni, Corrao Ignazio, Czarnecki Ryszard, Daly Clare, Danti Nicola, De Meo Salvatore, Deli Andor, De Man Filip, Demirel Özlem, Dorfmann Herbert, Düpont Lena, Durá Ferrandis Estrella, Durand Pascal, Dzhambazki Angel, Eppink Derk Jan, Eroglu Engin, Ferber Markus, Fernández Jonás, Ferrandino Giuseppe, Ferrara Laura, Fidanza Carlo, Flego Valter, Frankowski Tomasz, Franz Romeo, Freund Daniel, Gancia Gianna, García Muñoz Isabel, Gardiazabal Rubial Eider, Garicano Luis, Geier Jens, Giarrusso Dino, Glück Andreas, Goerens Charles, González Pons Esteban, Gozi Sandro, Grant Valentino, Grapini Maria, Griset Catherine, Grošelj Klemen, Gyöngyösi Márton, Haider Roman, Hansen Christophe, Hayer Valérie, Herbst Niclas, Holmgren Pär, Hristov Ivo, Hübner Danuta Maria, in 't Veld Sophia, Jahr Peter, Jongerius Agnes, Juvin Herve, Kammerevert Petra, Keller Ska, Kempa Beata, Kohut Łukasz, Kopcińska Joanna, Körner Moritz, Kountoura Elena, Kovařík Ondřej, Krah Maximilian, Kuhs Joachim, Kuźmiuk Zbigniew, Lacapelle Jean-Lin, Lamberts Philippe, Lange Bernd, de Lange Esther, Laporte Hélène, Larrouturou Pierre, Lexmann Miriam, Limmer Sylvia, Lins Norbert, Loiseau Nathalie, Løkkegaard Morten, López Javi, López-Istúriz White Antonio, Lutgen Benoît, McAllister David, Manders Antonius, Mariani Thierry, Marques Pedro, Martusciello Fulvio, Matias Marisa, Mazurek Beata, Metsola Roberta, Meuthen Jörg, Montserrat Dolors, Moreno Sánchez Javier, Moretti Alessandra, Możdżanowska Andżelika Anna, Mureşan Siegfried, Nagtegaal Caroline, Nienaß Niklas, Oetjen Jan-Christoph, Olivier Philippe, Paet Urmas, Pagazaurtundúa Maite, Panza Alessandro, Pedicini Piernicola, Peeters Kris, Pelletier Anne-Sophie, Pereira Lídia, Picierno Pina, Picula Tonino, Pieper Markus, Pîslaru Dragoș, Ponsatí Obiols Clara, Poręba Tomasz Piotr, Procaccini Nicola, Puigdemont i Casamajó Carles, Rafalska Elżbieta, Regner Evelyn, Reil Guido, Ressler Karlo, Ries Frédérique, Rinaldi Antonio Maria, Riquet Dominique, Rookmaker Dorien, Roos Robert, Ruiz Devesa Domènec, Rzońca Bogdan, Salini Massimiliano, Sánchez Amor Nacho, Sardone Silvia, Schulze Sven, Schuster Joachim, Schwab Andreas, Séjourné Stéphane, Semedo Monica, Silva Pereira Pedro, Sippel Birgit, Sofo Vincenzo, Solís Pérez Susana, Sonneborn Martin, Spurek Sylwia, Spyraki Maria, Ştefănuță Nicolae, Stegrud Jessica, Strugariu Ramona, Szydło Beata, Tang Paul, Tarabella Marc, Terras Riho, Tobiszowski Grzegorz, Toom Yana, Tudorache Dragoş, Urtasun Ernest, Ušakovs Nils, Van Brempt Kathleen, Vandendriessche Tom, Van Overtveldt Johan, Vautmans Hilde, Vedrenne Marie-Pierre, Verheyen Sabine, Verhofstadt Guy, Vincze Loránt, Wallace Mick, Waszczykowski Witold Jan, Wieland Rainer, Wiseler-Lima Isabel, Wölken Tiemo, Wolters Lara, Yoncheva Elena, Zacharopoulou Chrysoula, Zambelli Stefania, Zoido Álvarez Juan Ignacio

Skużati:

Al-Sahlani Abir, Maldeikienė Aušra, Søgaard-Lidell Linea

Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' April 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza