Il-President ħabbar li l-votazzjonijiet tal-għada, il-Ġimgħa 19 ta' Ġunju 2020, reġgħu tqassmu matul id-diversi sessjonijiet ta’ votazzjoni minħabba l-għadd ta' emendi mressqa u l-għadd ta' talbiet għal votazzjonijiet maqsuma u votazzjonijiet separati li rċieva.
L-informazzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-voti fid-diversi sessjonijiet ta’ votazzjoni hija disponibbli fis-sit web tal-Parlament taħt “Informazzjoni u dokumenti prijoritarji” u l-aġenda tal-Ġimgħa se tiġi aġġornata u ppubblikata mill-ġdid.
Il-Parlament approva din il-proposta. L-aġenda ġiet emendata skont dan.