Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 12k
Il-Ħamis, 18 ta' Ġunju 2020 - Brussell

18. It-tielet sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament se jipproċedi bil-votazzjoni dwar l-emendi finali ta':

—   L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2020
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0123/2020;

—   Emendi għar-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward ta' aġġustamenti b'risposta għall-pandemija COVID-19 ***I
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward tal-aġġustamenti, b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 [COM(2020)0310 - C9-0122/2020 - 2020/0066(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Jonás Fernández (A9-0113/2020);

—   Politika tal-kompetizzjoni - rapport annwali 2019
Rapport dwar il-politika tal-kompetizzjoni - rapport annwali 2019 [2019/2131(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Stéphanie Yon-Courtin (A9-0022/2020);

—   It-twaqqif ta' sottokumitat għal kwistjonijiet ta' taxxa
Proposta għal deċiżjoni mressqa skont l-Artikolu 207 tar-Regoli ta' Proċedura, mill-Konferenza tal-Presidenti, dwar it-twaqqif ta' sottokumitat għal kwistjonijiet ta' taxxa (2020/2681(RSO)) (B9-0187/2020);

—   It-twaqqif ta' Kumitat Speċjali għall-Ġlieda kontra l-Kanċer, is-setgħat, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu
Proposta għal deċiżjoni mressqa skont l-Artikolu 207 tar-Regoli ta' Proċedura, mill-Konferenza tal-Presidenti, dwar it-twaqqif, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali għall-ġlieda kontra l-kanċer (2020/2682(RSO)) (B9-0188/2020);

—   It-twaqqif ta' kumitat speċjali għall-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu
Proposta għal deċiżjoni B9-0190/2020;

—   It-twaqqif ta' kumitat speċjali għall-intelliġenza artifiċjali f'era diġitali, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu
Proposta għal deċiżjoni B9-0189/2020.

Il-Parlament se jipproċedi bil-votazzjoni dwar l-emendi ta':

—   Il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura fil-konfront tal-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka dwar l-użu ħażin ta' fondi tal-UE u kunflitti ta' interess potenzjali
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa b'segwitu għad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Monika Hohlmeier u Tomáš Zdechovský, f'isem il-Grupp PPE, Lara Wolters, f'isem il-Grupp S&D, Ramona Strugariu, f'isem il-Grupp Renew, Viola Von Cramon-Taubadel, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Veronika Vrecionová, f'isem il-Grupp ECR, u Luke Ming Flanagan, f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura fil-konfront tal-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka dwar l-użu ħażin ta' fondi tal-UE u kunflitti ta' interess potenzjali (2019/2987(RSP)) (B9-0192/2020) (punt 18 tal-Minuti tad-data 15.1.2020);

—   Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Balkani tal-Punent, wara s-Summit 2020
Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Balkani tal-Punent, wara s-Summit 2020 [2019/2210(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Tonino Picula (A9-0091/2020).

—   Turiżmu u trasport fl-2020 u lil hinn
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta mressqa skont l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura li tieħu post il-Mozzjonijiet għal Riżoluzzjoni B9-0166/2020, B9-077/2020, B9-0178/2020, B9-0182/2020 u B9-0184/2020, ta' Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Barbara Thaler u Elissavet Vozemberg-Vrionidi, f'isem il-Grupp PPE, Johan Danielsson u István Ujhelyi, f'isem il-Grupp S&D, José Ramón Bauzá Díaz u Nicola Danti, f'isem il-Grupp Renew, Anna Deparnay-Grunenberg u Tilly Metz, f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Elena Kountoura, f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar it-trasport u t-turiżmu fl-2020 u lil hinn (2020/2649(RSP)) (B9-0166/2020).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sa 19.45.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 22.15.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 18.38.)

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza