Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 4k
L-Erbgħa, 8 ta' Lulju 2020 - Brussell

4. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar, f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, id-deċiżjonijiet tal-Kumitati ITRE, EMPL u INTA li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapporti li ġejjin:

—   Kumitat ITRE: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulazzjoni) (COM(2019)0331 - C9-0042/2019 - 2019/0151(COD)). Rapporteur: Marisa Matias (A9-0120/2020);

—   Kumitat ITRE: Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: Nagħtu Spinta lit-Talent u lill-Kapaċità ta' Innovazzjoni fl-Ewropa (COM(2019)0330 - C9-0043/2019 - 2019/0152(COD)). Rapporteur: Maria da Graça Carvalho (A9-0121/2020);

—   Kumitat EMPL: Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (COM(2019)0620 - C9-0117/2019 - 2019/0188(COD)). Rapporteur: Manuel Pizarro (A9-0128/2020);

—   Kumitat INTA: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali (COM(2019)0623 - C9-0197/2019 - 2019/0273(COD)). Rapporteur: Marie-Pierre Vedrenne (A9-0133/2020).

F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada l-Ħamis 9 ta' Lulju 2020, li d-deċiżjonijiet għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqhom.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza