5. Atti delegati (Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
F'konformità mal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati informa lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni kontra:
— ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament delegat (UE) Nru 877/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (C(2020)04140 - 2020/2695(DEA)) (B9-0208/2020).
Jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx fi żmien 24 siegħa wara t-tħabbir fil-plenarja, din ir-rakkomandazzjoni għandha titqies bħala approvata. Fil-każ kuntrarju, għandu jittieħed vot fuqha.