Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):
— O-000035/2020 imressqa minn Younous Omarjee, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, lill-Kummissjoni: Ir-rwol tal-politika ta' koeżjoni fil-mod kif jiġu indirizzati r-riperkussjonijiet soċjoekonomiċi tal-COVID-19 (B9-0012/2020);
— O-000044/2020 imressqa minn Maria Spyraki, Maria Arena, Frédérique Ries, Sven Giegold, Danilo Oscar Lancini, Pietro Fiocchi u Anja Hazekamp, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, lill-Kummissjoni: Strateġija dwar is-sustanzi kimiċi għas-sostenibbiltà (B9-0013/2020).