— Nomina ta' Helga Berger bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri Rapport dwar in-nomina ta' Helga Berger bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri [07630/2020 - C9-0129/2020 - 2020/0802(NLE)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Mikuláš Peksa (A9-0126/2020)
— Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) Rapport dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea [N9-0010/2020 - C9-0080/2020 - 2020/0905(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0132/2020)
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-talbiet ta' applikazzjoni ta' dawn il-proċeduri ta' urġenza (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura):
— It-twettiq ta' provi kliniċi ta' prodotti mediċinali u l-provvista ta' dawn il-prodotti għall-użu mill-bniedem li fihom jew li jikkonsistu f'organiżmi ġenetikament modifikati maħsuba biex jittrattaw jew jipprevjenu l-marda tal-coronavirus ***I [COM(2020)0261 - C9-0185/2020 - 2020/0128(COD)] - Kumitat ENVI
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni permezz ta' votazzjoni unika dwar:
— Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ [COM(2020)0206 - C9-0145/2020 - 2020/0086(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0111/2020)
— Emenda tar-Regolament (UE) 2017/2454 f'dak li jirrigwarda d-dati tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2454 f'dak li jirrigwarda d-dati tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 [COM(2020)0201 - 2020/0084(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Luděk Niedermayer (A9-0123/2020)
— Ħtif internazzjonali u nazzjonali ta' tfal tal-Unjoni minn ġenitur fil-Ġappun Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa minn Dolors Montserrat, f'isem il-Kumitat PETI, f'konformità mal-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar il-ħtif internazzjonali u nazzjonali ta' tfal tal-Unjoni minn ġenitur fil-Ġappun (2020/2621(RSP)) (B9-0205/2020)
— Id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità intellettwali u l-familji tagħhom fil-kriżi tal-COVID-19 Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa minn Dolors Montserrat, f'isem il-Kumitat PETI, f'konformità mal-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità intellettwali fil-kriżi tal-COVID-19 (2020/2680(RSP)) (B9-0204/2020)
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar il-mozzjonijiet ta' proċedura (Artikolu 67(1) tar-Regoli ta' Proċedura) dwar:
— Regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u rekwiżiti tal-infurzar ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 [05112/1/2020 - C9-0106/2020 - 2017/0121(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Kateřina Konečná (A9-0114/2020)
— Il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ u l-pożizzjonament permezz ta’ takografi ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward ta' rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet massimi ta' sewqan kuljum u kull ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perijodi ta' mistrieħ kuljum u kull ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi [05114/1/2020 - C9-0104/2020 - 2017/0122(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Henna Virkkunen (A9-0115/2020)
— Adattament għall-iżviluppi fis-settur tat-transport bit-triq ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq [05115/1/2020 - C9-0105/2020 - 2017/0123(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Ismail Ertug (A9-0116/2020)
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar l-emendi għal:
— Emenda tad-Direttivi (UE) 2017/2455 u (UE) 2019/1995 f'dak li jirrigwarda d-dati tat-traspożizzjoni u tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttivi (UE) 2017/2455 u (UE) 2019/1995 f'dak li jirrigwarda d-dati tat-traspożizzjoni u tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 [COM(2020)0198 - 2020/0082(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Ondřej Kovařík (A9-0122/2020)
— Attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2019 Rapport dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2019 [2019/2126(INI)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: David Cormand (A9-0081/2020)
— Kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2018 Rapport dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2018 [2019/2127(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Bas Eickhout (A9-0118/2020)
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sal-17.45.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 20.00.