Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 5k
L-Erbgħa, 8 ta' Lulju 2020 - Brussell

20. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar l-emendi għal:

—   Regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u rekwiżiti tal-infurzar ***II
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 [05112/1/2020 - C9-0106/2020 - 2017/0121(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Kateřina Konečná (A9-0114/2020)

—   Il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ u l-pożizzjonament permezz ta’ takografi ***II
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward ta' rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet massimi ta' sewqan kuljum u kull ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perijodi ta' mistrieħ kuljum u kull ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi [05114/1/2020 - C9-0104/2020 - 2017/0122(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Henna Virkkunen (A9-0115/2020)

—   Adattament għall-iżviluppi fis-settur tat-transport bit-triq***II
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq [05115/1/2020 - C9-0105/2020 - 2017/0123(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Ismail Ertug (A9-0116/2020)

—   Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - ġlieda kontra l-frodi - rapport annwali 2018
Rapport dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - ġlieda kontra l-frodi - rapport annwali 2018 [2019/2128(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Joachim Kuhs (A9-0103/2020)

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sad-21.45.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ir-riżultati tal-votazzjoni se jitħabbru l-Ħamis 9 ta' Lulju 2020 fid-9.00.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza