Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 1k
Il-Ħamis, 9 ta' Lulju 2020 - Brussell

2. Avviż tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President informa, wara r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri tal-Parlament, li ddeċieda li jimponi sanzjoni, bid-data tal-1 ta' Lulju 2020, fil-konfront ta' Jan Zahradil, għal nuqqas ta' osservanza tal-obbligi ta' dikjarazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(3) u fl-Artikolu 4(2) tal-Kodiċi ta' Kondotta, li seta' wassal għal kunflitt ta' interess. Is-sanzjoni tikkonsisti fi twiddiba.

Din id-deċiżjoni ġie notifikata lill-Membru konċernat fis-7 ta' Lulju 2020.

F'konformità mal-Artikolu 177 tar-Regoli ta' Proċedura, Jan Zahradil għandu ġimgħatejn min-notifika tas-sanzjoni biex jagħmel appell intern kontra din id-Deċiżjoni quddiem il-Bureau.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza