Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ġunju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 877/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (C(2020)04140 - 2020/2695(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Ġunju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi limiti ta' volum għal minerali u konċentrati tat-tantalju jew nijobju, minerali u konċentrati tad-deheb, ossidi u idrossidi tal-landa, tantalati, u karburi tat-tantalju (C(2020)04164 - 2020/2698(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-25 ta' Ġunju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (C(2020)04214 - 2020/2699(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-29 ta' Ġunju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jiffissa tnaqqis b'rata fissa għad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu fi Spanja importat minn pajjiżi terzi (C(2020)04262 - 2020/2700(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-1 ta' Lulju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 tat-30 ta' April 2020 dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u miżuri marbuta magħha (C(2020)04583 - 2020/2711(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 6 ta' Lulju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-irtirar tal-att delegat li ġej: