Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 10k
Il-Ħamis, 9 ta' Lulju 2020 - Brussell

24. It-tielet sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Interventi

Annalisa Tardino, rapporteur, għamlet dikjarazzjoni qabel il-votazzjoni fuq ir-rapport tagħha (A9-0131/2020), f'konformità mal-Artikolu 159(4) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-Parlament intalab jipproċedi għall-votazzjonijiet finali:

—   Emenda tad-Direttivi (UE) 2017/2455 u (UE) 2019/1995 f'dak li jirrigwarda d-dati tat-traspożizzjoni u tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 *
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttivi (UE) 2017/2455 u (UE) 2019/1995 f'dak li jirrigwarda d-dati tat-traspożizzjoni u tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 [COM(2020)0198 - 2020/0082(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Ondřej Kovařík (A9-0122/2020)

—   Attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2019
Rapport dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2019 [2019/2126(INI)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: David Cormand (A9-0081/2020)

—   Kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2018
Rapport dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2018 [2019/2127(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Bas Eickhout (A9-0118/2020)

   Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - ġlieda kontra l-frodi - rapport annwali 2018
Rapport dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - ġlieda kontra l-frodi - rapport annwali 2018 [2019/2128(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Joachim Kuhs (A9-0103/2020)

—   Is-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u l-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0211/2020

Il-Parlament intalab jivvota dwar l-emendi għal:

—   Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112(2) u (3): Sustanzi attivi, inkluż il-flumioxazine
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, f'konformità mal-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, benalaxyl, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, bromoxynil, captan, cyazofamid, dimethomorph, ethephon, etoxazole, famoxadone, fenamiphos, flumioxazine, fluoxastrobin, folpet, formetanate, metribuzin, milbemectin, Paecilomyces lilacinus strain 251, phenmedipham, phosmet, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole u S-metolachlor (D067115/02 ; 2020/2671(RSP)) (B9-0203/2020) - Membri responsabbli: Anja Hazekamp, Maria Arena, Tilly Metz u Eleonora Evi

—   Reviżjoni tal-linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0122/2020

—   Konklużjoni ta' ftehim bejn l-UE u New Zealand, li qed jiġi negozjat, dwar l-iskambju ta' data personali għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu
Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-konklużjoni ta' ftehim, li qed jiġi nnegozjat, bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti ta' New Zealand għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu [2020/2048(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Annalisa Tardino (A9-0131/2020)

—   Strateġija għas-sostenibbiltà fir-rigward tas-sustanzi kimiċi
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0222/2020

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sas-19.45.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru l-Ġimgħa 10 ta' Lulju 2020 fid-9.00.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza