3. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)
Il-President ħabbret li ma rċevietx talba minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju dwar id-deċiżjonijiet l-oħra biex jibdew negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tad-data l-Erbgħa 8 ta' Lulju 2020 (punt 4 tal-Minuti tad-data 8.7.2020).
Il-Kumitati ITRE, EMPL u INTA għalhekk setgħu jibdew in-negozjati wara l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura.