Il-Parlament ipproċeda għall-votazzjoni finali ta':
— Linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri [COM(2020)0070 - C9-0079/2020 - 2020/0030(NLE)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: José Gusmão (A9-0124/2020)
— Abbozz ta' baġit emendatorju nru 5 tal-baġit ġenerali għall-2020 Tkomplija tal-appoġġ għar-refuġjati u għall-komunitajiet ospitanti fil-Ġordan, fil-Libanu u fit-Turkija b'rispons għall-kriżi fis-Sirja Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 – Tkomplija tal-appoġġ għar-rifuġjati u għall-komunitajiet ospitanti fil-Ġordan, fil-Libanu u fit-Turkija b'rispons għall-kriżi fis-Sirja [09060/2020 - C9-0189/2020 - 2020/2092(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Monika Hohlmeier (A9-0127/2020)
— Mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2020 biex jitkompla l-appoġġ umanitarju lir-refuġjati fit-Turkija Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2020 biex jitkompla l-appoġġ umanitarju lir-refuġjati fit-Turkija [COM(2020)0422 - C9-0162/2020 - 2020/2094(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Monika Hohlmeier (A9-0125/2020)
— Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112(2) u (3): Ċerti użi tat-triossidu tal-kromu Mozzjoni għal riżoluzzjoni, imressqa mill-Kumitat ENVI, f'konformità mal-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regolament, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti parzjalment awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (REACHLaw Ltd) għal ċerti użi tat-triossidu tal-kromu (D066992/01 - 2020/2670(RSP)) (B9-0202/2020) - Membri responsabbli: Bas Eickhout, Maria Arena u Martin Hojsík
— Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112(2) u (3): Sustanzi attivi, inkluż il-flumioxazine Mozzjoni għal riżoluzzjoniB9-0203/2020
— Approċċ Ewropew komprensiv għall-ħżin tal-enerġija Rapport dwar approċċ Ewropew komprensiv għall-ħżin tal-enerġija [2019/2189(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Claudia Gamon (A9-0130/2020)
— Reviżjoni tal-linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea Mozzjoni għal riżoluzzjoniB9-0122/2020
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar l-emendi ta':
— Dispożizzjonijiet tranżitorji biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 (emenda tar-Regolament (UE) 2016/1628) ***I [COM(2020)0233 - C9-0161/2020 - 2020/0113(COD)]
— It-twettiq ta' provi kliniċi ta' prodotti mediċinali u l-provvista ta' dawn il-prodotti għall-użu mill-bniedem li fihom jew li jikkonsistu f'organiżmi ġenetikament modifikati maħsuba biex jittrattaw jew jipprevjenu l-marda tal-coronavirus ***I [COM(2020)0261 - C9-0185/2020 - 2020/0128(COD)]
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sa 11.00.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 13.30.