L-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Manuela Ripa minflok Klaus Buchner bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 16 ta' Lulju 2020.
B'segwitu għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta' Diċembru 2019, u b'kont meħud tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (Spanja) tat-3 ta' Jannar 2020 u d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema (Spanja) tad-9 ta' Jannar 2020, il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni ta' Jordi Solé i Ferrando bħala Membru tal-Parlament Ewropew li tiddekorri mid-data 3 ta' Jannar 2020 minflok Oriol Junqueras i Vies, li s-siġġu tiegħu ġie ddikjarata vakanti b'seħħ mid-data 3 ta' Jannar 2020.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom ikunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Manuela Ripa u Jordi Solé i Ferrando jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.