Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ġimgħa 10 ta' Lulju 2020 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 9.33.
3. Avviż mill-Presidenza
Il-President ħabbar li, b'segwitu għal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sal-21 ta' Lulju 2020, iddeċieda, bi qbil mal-Konferenza tal-Presidenti u b'konformità mal-Artikolu 154(4) tar-Regoli ta' Proċedura, li jsejjaħ seduta straordinarja llum mid-9.30 sal-17.30 sabiex il-Parlament ikun jista' jiddibatti u jesprimi l-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-Pjan ta' Rkupru u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027.
4. Ordni tal-ħidma
Il-programm tad-dibattitu u tal-ordni ta' votazzjoni tqassam bl-email.
Ma ġiet proposta l-eba bidla.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
5. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
Il-Minuti tas-seduti tat-8 ta' Lulju 2020, id-9 ta' Lulju 2020 u l-10 ta' Lulju 2020 ġew approvati.
6. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Manuela Ripa minflok Klaus Buchner bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 16 ta' Lulju 2020.
B'segwitu għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta' Diċembru 2019, u b'kont meħud tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (Spanja) tat-3 ta' Jannar 2020 u d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema (Spanja) tad-9 ta' Jannar 2020, il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni ta' Jordi Solé i Ferrando bħala Membru tal-Parlament Ewropew li tiddekorri mid-data 3 ta' Jannar 2020 minflok Oriol Junqueras i Vies, li s-siġġu tiegħu ġie ddikjarata vakanti b'seħħ mid-data 3 ta' Jannar 2020.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom ikunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Manuela Ripa u Jordi Solé i Ferrando jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
7. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mingħand il-Grupp Verts/ALE d-deċiżjonijiet li ġejjin li jemendaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Kumitat ITRE: Manuela Ripa
Sottokumitat SEDE: Manuela Ripa
Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.
8. Konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sal-21 ta' Lulju 2020 (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni: Konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sal-21 ta' Lulju 2020 (2020/2732(RSP))
Qabel id-dibattitu, intervent ta' Manfred Weber, dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u r-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija.
⁂
Charles Michel (President tal-Kunsill Ewropew) u Ursula von der Leyen (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Dacian Cioloş f'isem il-Grupp Renew, Nicolas Bay f'isem il-Grupp ID, u Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE.
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar l-emendi għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0229/2020: Konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sal-21 ta' Lulju 2020.
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sa 11.45.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni:13.30.
10. Konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sal-21 ta' Lulju 2020 (tkomplija tad-dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni: Konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sal-21 ta' Lulju 2020 (2020/2732(RSP))
Interventi ta': Roberts Zīle f'isem il-Grupp ECR, Martin Schirdewan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Dino Giarrusso Membru mhux affiljat, Siegfried Mureşan, Simona Bonafè u Luis Garicano.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Interventi ta': Marco Campomenosi, Rasmus Andresen, Johan Van Overtveldt, José Gusmão, Carles Puigdemont i Casamajó, Esther de Lange, Margarida Marques, Valérie Hayer, Jaak Madison, Bas Eickhout, Bogdan Rzońca, Younous Omarjee, Isabella Adinolfi, Daniel Caspary, Tiemo Wölken, Moritz Körner, Gunnar Beck, Petra De Sutter, Derk Jan Eppink, Clare Daly, Clara Ponsatí Obiols, Andrzej Halicki, Eider Gardiazabal Rubial, Guy Verhofstadt, Georg Mayer, Henrike Hahn, Peter Lundgren, Marc Botenga, Fabio Massimo Castaldo, József Szájer, ukoll dwar l-organizzazzjoni tas-sessjonijiet ta' votazzjoni (il-President iċċarat xi punti), Jonás Fernández, Stéphane Séjourné, Tom Vandendriessche, Tilly Metz, Carlo Fidanza, Rosa Estaràs Ferragut, Kati Piri, Katalin Cseh, Hélène Laporte, David Cormand, Angel Dzhambazki, François-Xavier Bellamy, Marek Belka, Nicola Beer, Antonio Maria Rinaldi u Helmut Geuking.
PRESIDENZA: David Maria SASSOLI President
Intervent ta': Charles Michel (President tal-Kunsill Ewropew).
Interventi ta': Paulo Rangel, Heléne Fritzon, Dragoş Pîslaru, Kosma Złotowski, Kris Peeters, Agnes Jongerius, Ondřej Knotek, Karlo Ressler, Pierre Larrouturou, Sophia in 't Veld, Andrey Novakov, Javi López, Lídia Pereira, Udo Bullmann, Othmar Karas, Marc Angel, Maria Spyraki u Patrizia Toia.
Intervent ta': Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).
Il-President irringrazzja lill-Membri u lis-servizzi tal-Parlament għall-isforzi straordinarji mwettqa matul dawn l-aħħar xhur, li kkontribwixxew ukoll għall-funzjonament bla xkiel tal-Unjoni.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Manfred Weber, Siegfried Mureşan, Esther de Lange, Jan Olbrycht u José Manuel Fernandes, f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez, Simona Bonafè, Eric Andrieu, Biljana Borzan u Margarida Marques, f'isem il-Grupp S&D, Dacian Cioloş, Luis Garicano, Valérie Hayer u Moritz Körner, f'isem il-Grupp Renew, Ska Keller, Philippe Lamberts, Ernest Urtasun u Rasmus Andresen, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Manon Aubry, Martin Schirdewan, Dimitrios Papadimoulis u José Gusmão, f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sal-21 ta' Lulju 2020 (2020/2732(RSP)) (B9-0229/2020);
— Ryszard Antoni Legutko, Raffaele Fitto u Roberts Zīle, f'isem il-Grupp ECRf'isem il-Grupp ECR, dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sa-21 ta' Lulju 2020 (2020/2732(RSP)) (B9-0230/2020).
Il-President qara r-riżultati tal-votazzjoni dwar l-emendi għal:
Konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sal-21 ta' Lulju 2020 Mozzjoni għal riżoluzzjoniB9-0229/2020
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0206) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.36.)
PRESIDENZA: Katarina BARLEY Viċi President
13. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 14.29.
14. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni finali dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0229/2020: Konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sal-21 ta' Lulju 2020
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sal-15.45.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 17.30.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.30.)
PRESIDENZA: David Maria SASSOLI President
15. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 17.32.
16. Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni
Il-President ħabbar ir-riżultati tal-votazzjoni finali dwar:
Konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sal-21 ta' Lulju 2020 Mozzjoni għal riżoluzzjoniB9-0229/2020
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2020)0206) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0230/2020 iddekadiet.)
17. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.
B'mod eċċezzjonali ġew aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot ta' tul massimu ta' 400 kelma.
18. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jinsabu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet”, anness mal-minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament. Huma indikati għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma jbiddlu bl-ebda mod ir-riżultat tal-votazzjoni kif imħabba fil-plenarja.
Id-dokument jiġi aġġornat regolarment tul perjodu massimu ta' ġimagħtejn wara s-sessjoni parzjali.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-lista tal-korrezzjonijiet għall-voti u tal-intenzjonijiet tal-vot tingħalaq sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
19. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi nazzjonali u tal-limiti massimi netti għall-pagamenti diretti għal ċerti Stati Membri għas-sena kalendarja 2020 (C(2020)04552 - 2020/2716(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 10 ta' Lulju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustament lir-rata tal-inflazzjoni tal-ammonti tat-tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (C(2020)04635 - 2020/2725(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Lulju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għall-użu tad-dominju tal-istatistika dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2021 (C(2020)04670 - 2020/2727(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Lulju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: EMPL
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu u r-rilaxx ta’ garanziji fl-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji bbażati fuq l-ordni kronoloġika tas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet (C(2020)04688 - 2020/2724(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Lulju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 rigward l-inklużjoni ta’ ċerti prekursuri tad-droga fil-lista ta’ sustanzi skedati (C(2020)04691 - 2020/2728(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Lulju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (C(2020)04721 - 2020/2718(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Lulju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA, ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lil kontropartijiet ċentrali stabbiliti f'pajjiżi terzi (C(2020)04891 - 2020/2720(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Lulju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji li l-ESMA jenħtieġ li tqis biex tiddetermina jekk kontroparti ċentrali stabbilita f’pajjiż terz hijiex sistemikament importanti jew aktarx issir sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha (C(2020)04892 - 2020/2726(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Lulju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elementi minimi li għandhom jiġu vvalutati mill-ESMA meta tivvaluta t-talbiet ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi għal konformità komparabbli u l-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta’ din il-valutazzjoni (C(2020)04895 - 2020/2729(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Lulju 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
20. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċedura tad-diżimpenn (COM(2020)0309 - C9-0202/2020 - 2020/0140(COD))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
BUDG
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 (COM(2020)0308 - C9-0203/2020 – 2020/0139(COD)) B'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
ENVI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni (kodifikazzjoni) (COM(2020)0323 - C9-0204/2020 – 2020/0145(COD)) B'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
JURI
- Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (09292/2020 - C9-0205/2020 - 2019/0275(NLE))
irriferut
responsabbli :
TRAN
21. Modifiki tal-konsultazzjonijiet mal-Kumitati (Artikolu 56 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Faċilità ta' self tas-settur publiku skont il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta (COM(2020)0453 - C9-0153/2020 - 2020/0100(COD)) Kumitati: BUDG, ECON (opinjoni: EMPL, ENVI, ITRE, TRAN, REGI)
24. Approvazzjoni tal-minuti tas-seduta li għaddejja u trażmissjoni tat-testi adottati
Skont l-Artikolu 202(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-minuti tas-seduta li għaddejja se jkunu sottoposti għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tas-seduta li jmiss.
Bil-qbil tal-Parlament, ir-riżoluzzjoni adottata waqt is-sessjoni li għaddejja se titressaq issa quddiem id-destinatarji tagħha.
25. Kalendarju tas-seduti li jmiss
Is-seduti li jmiss se jsiru mid-data 14 ta' Settembru 2020 sad-data 17 ta' Settembru 2020.
26. Għeluq tas-seduta
Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 17.33.
27. Interruzzjoni tas-sessjoni
Is-sessjoni tal-Parlament Ewropew ġiet interrotta.
Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.