10. Talba għall-konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Artikolu 145 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li kien irċieva, f'konformità mal-Artikolu 145(2), tar-Regoli ta' Proċedura:
— talba tal-Kumitat JURI għall-konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-obbligu ta' diliġenza dovuta u r-responsabbiltà tal-intrapriżi;
— talba tal-Kumitat EMPL għall-konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar tranżizzjoni industrijali lejn ekonomija Ewropea ekoloġika u diġitali — ir-rekwiżiti regolatorji u r-rwol tas-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili
Dawn it-talbiet għall-konsultazzjoni se jitqiesu approvata sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jitolbux li jittieħed vot fuqhom, fi żmien 24 siegħa.