11. Atti delegati u miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 111(6) u Artikolu 112(4)(d) tar-Regoli ta' Proċedura)
F'konformità mal-Artikolu 111(6) u l-Artikolu 112(4)(d) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati ħabbar lill-President tal-Parlament li ma tressqet l-ebda oġġezzjoni fir-rigward ta':
— ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elementi minimi li għandhom jiġu vvalutati mill-ESMA meta tivvaluta t-talbiet ta' CCPs ta' pajjiżi terzi għal konformità komparabbli u l-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' din il-valutazzjoni (C(2020)4895) - 2020/2729(DEA)) (B9-0253/2020);
— ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lil kontropartijiet ċentrali stabbiliti f'pajjiżi terzi (C(2020)4891 - 2020/2720(DEA)) (B9-0251/2020);
— lr-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju tal-2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji li l-ESMA jenħtieġ li tqis biex tiddetermina jekk kontroparti ċentrali stabbilita f'pajjiż terz hijiex sistemikament importanti jew aktarx issir sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha (C(2020)4892 - 2020/2726(DEA)) (B9-0252/2020);
— ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssirx oppożizzjoni għall-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 16 (D067917/01 - 2020/2712(RPS)) (B9-0254/2020).
Jekk, fi żmien skadenza ta' erbgħa u għoxrin siegħa wara t-tħabbir fil-plenarja, ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet min-naħa ta' grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li mill-inqas jilħqu l-limitu l-baxx, dawn jitqiesu approvati. Jekk dan ma jkunx il-każ, ir-rakkomandazzjonijiet jitressqu għal votazzjoni.