Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 51k
It-Tnejn, 14 ta' Settembru 2020 - Brussell

12. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-prospett ta' Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għal intermedjarji finanzjarji biex jgħinu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0281 - C9-0206/2020 - 2020/0155(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

IMCO

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2402 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata biex jgħin l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0282 - C9-0207/2020 - 2020/0151(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' aġġustamenti għall-qafas ta' titolizzazzjoni bħala appoġġ għall-irkupru ekonomiku b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0283 - C9-0208/2020 - 2020/0156(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-eżenzjoni ta' ċerti parametri referenzjarji tal-kambju ta' pajjiżi terzi u l-iffissar ta' parametri referenzjarji ta' sostituzzjoni minflok ċerti parametri referenzjarji li jkunu se jitwaqqfu (COM(2020)0337 - C9-0209/2020 - 2020/0154(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

ITRE

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' informazzjoni, il-governanza tal-prodotti u l-limiti ta' pożizzjoni għall-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0280 - C9-0210/2020 - 2020/0152(COD))

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

DEVE, ITRE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti s-setgħa lil Franza biex tinnegozja ftehim li jissupplimenta t-Trattat bilaterali eżistenti tagħha mar-Renju Unit dwar il-bini u t-tħaddim minn konċessjonarji privati ta' Channel Fixed Link (COM(2020)0622 - C9-0211/2020 - 2020/0160(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

TRAN

opinjoni :

JURI (article 40 du règlement)

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/798, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sikurezza ferrovjarja u l-interoperabbiltà ferrovjarja fi ħdan il-Channel Fixed Link (COM(2020)0623 - C9-0212/2020 - 2020/0161(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

TRAN

- Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2020)0314 - C9-0213/2020 - 2020/0148(CNS))

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

BUDG, LIBE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2008/376/KE dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (COM(2020)0320 - C9-0214/2020 - 2020/0141(NLE))

irriferut

responsabbli :

ITRE

opinjoni :

BUDG, EMPL, ENVI, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (10025/2020 - C9-0215/2020 - 2018/0135(CNS))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

INTA, CONT, ECON, ENVI, AGRI, AFCO

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (COM(2020)0321 - C9-0216/2020 - 2020/0143(NLE))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

CONT, ITRE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta' ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum "tradizzjonali" prodott f'Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f'Martinique u f'Réunion (COM(2020)0332 - C9-0217/2020 - 2020/0150(CNS))

irriferut

responsabbli :

REGI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta' kwoti oħra tal-importazzjoni (COM(2020)0375 - C9-0274/2020 - 2020/0176(COD))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

IMCO

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2020 sal-2033 (COM(2020)0384 - C9-0275/2020 - 2020/0179(COD))
F'konformità mal-Artikolu 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

CULT

- Ħatra tal-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP (N9-0041/2020 - C9-0276/2020 - 2020/0906(NLE))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP (N9-0042/2020 [01] - C9-0277/2020 - 2020/0907(NLE))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP (N9-0042/2020 [02] - C9-0278/2020 - 2020/0908(NLE))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli fl-Irlanda ta' Fuq (COM(2020)0360 - C9-0279/2020 - 2020/0165(CNS))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-taxxa AIEM applikabbli fil-Gżejjer Kanarji (COM(2020)0355 - C9-0280/2020 - 2020/0163(CNS))

irriferut

responsabbli :

REGI

opinjoni :

ECON, PECH

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni nru 940/2014 dwar id-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi (COM(2020)0371 - C9-0281/2020 - 2020/0174(CNS))

irriferut

responsabbli :

REGI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi dwar vetturi ta' tmiem is-serje tal-kategorija L b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020)0491 - C9-0285/2020 - 2020/0251(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

IMCO

opinjoni :

ENVI, ITRE, TRAN

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu u ta' ċerti dati oħra msemmija f'dak ir-Regolament (COM(2020)0483 - C9-0286/2020 - 2020/0231(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

AGRI

opinjoni :

ENVI

- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2021 sal-2027 (COM(2020)0437 - C9-0289/2020 - 2020/0209(CNS))

irriferut

responsabbli :

PECH

opinjoni :

IMCO, REGI

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 għall-baġit ġenerali tal-2020: Żieda flapproprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza biex tiġi ffinanzjata l-istrateġija dwar il-vaċċini kontra l-COVID-19 u għall-impatt tal-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus - Pożizzjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2020 (10696/2020 - C9-0290/2020 - 2020/1997(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

- Ħatra ta' membru tal-Kummissjoni Ewropea - Mairead McGuinness (IE) (10684/2020 - C9-0295/2020 - 2020/0803(NLE))

irriferut

responsabbli :

ECON

2) mill-kumitati parlamentari

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (COM(2019)0620 - C9-0117/2019 - 2019/0188(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Manuel Pizarro (A9-0128/2020)

- Rapport dwar il-kooperazzjoni UE-Afrika fil-qasam tas-sigurtà fir-reġjun tas-Saħel, fil-Punent tal-Afrika u fil-Qarn tal-Afrika (2020/2002(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Javier Nart (A9-0129/2020)

- Rapport dwar il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk tal-bini tal-UE (2020/2070(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Ciarán Cuffe (A9-0134/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (COM(2020)0022 - C9-0007/2020 - 2020/0006(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Manolis Kefalogiannis (A9-0135/2020)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia (2019/2200(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Sven Mikser (A9-0136/2020)

- Rapport dwar l-esportazzjoni ta' armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (2020/2003(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Hannah Neumann (A9-0137/2020)

- Rapport interim dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (2017/0360R(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A9-0138/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (COM(2019)0208 - C9-0009/2019 - 2019/0101(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Esther de Lange (A9-0139/2020)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fuq ċerti prodotti alkoħoliċi prodotti fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u tal-Azores (COM(2020)0240 - C9-0190/2020 - 2020/0118(CNS)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0140/2020)

- Rapport dwar miżuri effikaċi biex Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jsiru aktar "ħodor" (2019/2195(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Laurence Farreng (A9-0141/2020)

- Rapport dwar in-nuqqas ta' mediċini – kif nindirizzaw problema emerġenti (2020/2071(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Nathalie Colin-Oesterlé (A9-0142/2020)

- Rapport dwar ir-rwol tal-UE fil-protezzjoni u r-restawr tal-foresti tad-dinja (2019/2156(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Stanislav Polčák (A9-0143/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 biex titqies b'mod xieraq is-sistema globali tal-ġbir tad-data għad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti (COM(2019)0038 - C8-0043/2019 - 2019/0017(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Jutta Paulus (A9-0144/2020)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea (2018/0135(CNS)) - Kumitat BUDG - Rapporteures: José Manuel Fernandes, Valérie Hayer (A9-0146/2020)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom: Nikkumbattu l-attitudnijiet negattivi fil-konfront ta' persuni ta' oriġini Romani fl-Ewropa (2020/2011(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Romeo Franz (A9-0147/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (COM(2020)0220 - C9-0160/2020 - 2020/0097(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Nikos Androulakis (A9-0148/2020)

- Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (N9-0042/2020[01] - C9-0277/2020 - 2020/0907(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0151/2020)

- Rapport dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (N9-0041/2020 - C9-0276/2020 - 2020/0906(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0152/2020)

- Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (N9-0042/2020[02] - C9-0278/2020 - 2020/0908(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0153/2020)

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza