Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ħamis 23 ta' Lulju 2020 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.04.
3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Il-President għamel dikjarazzjoni fejn irrefera għas-sitwazzjoni tas-saħħa fl-Ewropa fil-kuntest tal-pendemija tal-COVID-19 u spjega d-deċiżjoni tiegħu li s-sessjoni parzjali ta' Settembru ma ssirx fi Strasburgu. Huwa rringrazzja lill-Presidenti tal-gruppi politiċi talli appoġġaw kemm din id-deċiżjoni kif ukoll id-deċiżjoni tiegħu li s-seduti parzjali jerġgħu jibdew isiru fi Strasburgu ladarba s-sitwazzjoni tas-saħħa u l-kundizzjoijiet tas-sigurtà jkunu jippermettu dan. Huwa rringrazzja wkoll lill-awtoritajiet Franċiżi talli fehmu l-ispirtu ta' dawn id-deċiżjonijiet u tal-kooperazzjoni tagħhom. U finalment radd ħajr lis-sindku u ċ-ċittadini ta' Strasburgu.
Huwa għamel referenza wkoll għall-każ taċ-ċittadin Slovakk Jozef Chovanec, li miet wara li nżamm fl-ajruport ta' Charleroi fi Frar 2018. Huwa fakkar li d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma valuri fundamentali tal-UE. Huwa esprima s-solidarjetà tiegħu mal-familja tas-Sur Jozef Chovanec, filwaqt li għarraf li l-każ ġie riferut lill-Kumitat LIBE.
⁂
Interventi ta': Manon Aubry, Terry Reintke, Anna Fotyga u Nicolaus Fest.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mingħand il-Grupp Verts/ALE d-deċiżjonijiet li ġejjin li jemendaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Kumitat għall-Affarijiet Barranin: Jordi Solé minflok Diana Riba i Giner
Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: Jordi Solé minflok Diana Riba i Giner
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi: Jordi Solé minflok Diana Riba i Giner
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran: Jordi Solé minflok Diana Riba i Giner
Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.
6. Talbiet għat-tneħħija tal-immunità
L-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju bagħtu talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Lívia Járóka sabiex tiġi mħarrka quddiem it-tribunal tal-pulizija ta' Brussell.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Polonja bagħtu talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Włodzimierz Cimoszewicz sabiex ikunu jistgħu jitniedu proċedimenti kriminali kontrih.
B'konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn it-talbiet ġew riferuti lill-kumitat responsabbli, jiġifieri l-Kumitat JURI.
7. Talba għall-ħarsien tal-immunità
Carles Puigdemont i Casamajó ressaq talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tiegħu fl-ambitu ta' proċedimenti kriminali li, skont rapporti tal-midja, infetħu kontrih minn Juzgado Central de Instrucción n.º 6 de la Audiencia Nacional de España (Spanja).
F'konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet riferuta lill-Kumitat responsabbli, jiġifieri l-Kumitat JURI.
8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar, f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, id-deċiżjonijiet tal-Kumitati REGI u PECH li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapporti li ġejjin:
— Kumitat REGI: proposta għal regolament tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) (COM(2020)0451 – C9-0149/2020 – 2020/0101(COD)). Rapporteurs: Constanze Krehl u Andrey Novakov (A9-0150/2020);
— Kumitat PECH: proposta għal regolament tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (COM(2019)0619 – C9-0188/2019 – 2019/0272(COD)). Rapporteur: Giuseppe Ferrandino (A9-0149/2020).
F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada t-Tlieta 15 ta' Settembru 2020, li d-deċiżjonijiet għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqhom.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
9. Rettifika (Artikolu 241 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitat responsabbli ressaq din ir-rettifika ta' test approvat mill-Parlament Ewropew:
— Rettifika P8_TA(2018)0444(COR01)għad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82) - (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva msemmija hawn fuq P8_TA(2018)0444) - (COM(2016)0767 – C8-0500/2016 – 2016/0382(COD)) - Kumitat ITRE
Bi qbil mal-Artikolu 241(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies li tkun ġiet approvata ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa wara t-tħabbir tagħha, issir talba minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx biex jittieħed vot fuqhom.
10. Talba għall-konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Artikolu 145 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li kien irċieva, f'konformità mal-Artikolu 145(2), tar-Regoli ta' Proċedura:
— talba tal-Kumitat JURI għall-konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-obbligu ta' diliġenza dovuta u r-responsabbiltà tal-intrapriżi;
— talba tal-Kumitat EMPL għall-konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar tranżizzjoni industrijali lejn ekonomija Ewropea ekoloġika u diġitali — ir-rekwiżiti regolatorji u r-rwol tas-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili
Dawn it-talbiet għall-konsultazzjoni se jitqiesu approvata sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jitolbux li jittieħed vot fuqhom, fi żmien 24 siegħa.
11. Atti delegati u miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 111(6) u Artikolu 112(4)(d) tar-Regoli ta' Proċedura)
F'konformità mal-Artikolu 111(6) u l-Artikolu 112(4)(d) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati ħabbar lill-President tal-Parlament li ma tressqet l-ebda oġġezzjoni fir-rigward ta':
— ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elementi minimi li għandhom jiġu vvalutati mill-ESMA meta tivvaluta t-talbiet ta' CCPs ta' pajjiżi terzi għal konformità komparabbli u l-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' din il-valutazzjoni (C(2020)4895) - 2020/2729(DEA)) (B9-0253/2020);
— ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lil kontropartijiet ċentrali stabbiliti f'pajjiżi terzi (C(2020)4891 - 2020/2720(DEA)) (B9-0251/2020);
— lr-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju tal-2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji li l-ESMA jenħtieġ li tqis biex tiddetermina jekk kontroparti ċentrali stabbilita f'pajjiż terz hijiex sistemikament importanti jew aktarx issir sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha (C(2020)4892 - 2020/2726(DEA)) (B9-0252/2020);
— ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssirx oppożizzjoni għall-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 16 (D067917/01 - 2020/2712(RPS)) (B9-0254/2020).
Jekk, fi żmien skadenza ta' erbgħa u għoxrin siegħa wara t-tħabbir fil-plenarja, ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet min-naħa ta' grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li mill-inqas jilħqu l-limitu l-baxx, dawn jitqiesu approvati. Jekk dan ma jkunx il-każ, ir-rakkomandazzjonijiet jitressqu għal votazzjoni.
12. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-prospett ta' Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għal intermedjarji finanzjarji biex jgħinu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0281 - C9-0206/2020 - 2020/0155(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
IMCO
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2402 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata biex jgħin l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0282 - C9-0207/2020 - 2020/0151(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ECON
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' aġġustamenti għall-qafas ta' titolizzazzjoni bħala appoġġ għall-irkupru ekonomiku b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0283 - C9-0208/2020 - 2020/0156(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ECON
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-eżenzjoni ta' ċerti parametri referenzjarji tal-kambju ta' pajjiżi terzi u l-iffissar ta' parametri referenzjarji ta' sostituzzjoni minflok ċerti parametri referenzjarji li jkunu se jitwaqqfu (COM(2020)0337 - C9-0209/2020 - 2020/0154(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
ITRE
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' informazzjoni, il-governanza tal-prodotti u l-limiti ta' pożizzjoni għall-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0280 - C9-0210/2020 - 2020/0152(COD))
irriferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
DEVE, ITRE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti s-setgħa lil Franza biex tinnegozja ftehim li jissupplimenta t-Trattat bilaterali eżistenti tagħha mar-Renju Unit dwar il-bini u t-tħaddim minn konċessjonarji privati ta' Channel Fixed Link (COM(2020)0622 - C9-0211/2020 - 2020/0160(COD)) F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
TRAN
opinjoni :
JURI (article 40 du règlement)
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/798, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sikurezza ferrovjarja u l-interoperabbiltà ferrovjarja fi ħdan il-Channel Fixed Link (COM(2020)0623 - C9-0212/2020 - 2020/0161(COD)) F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
TRAN
- Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2020)0314 - C9-0213/2020 - 2020/0148(CNS))
irriferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
BUDG, LIBE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2008/376/KE dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (COM(2020)0320 - C9-0214/2020 - 2020/0141(NLE))
irriferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
BUDG, EMPL, ENVI, REGI
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (10025/2020 - C9-0215/2020 - 2018/0135(CNS))
irriferut
responsabbli :
BUDG
opinjoni :
INTA, CONT, ECON, ENVI, AGRI, AFCO
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (COM(2020)0321 - C9-0216/2020 - 2020/0143(NLE))
irriferut
responsabbli :
BUDG
opinjoni :
CONT, ITRE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta' ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum "tradizzjonali" prodott f'Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f'Martinique u f'Réunion (COM(2020)0332 - C9-0217/2020 - 2020/0150(CNS))
irriferut
responsabbli :
REGI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta' kwoti oħra tal-importazzjoni (COM(2020)0375 - C9-0274/2020 - 2020/0176(COD))
irriferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
IMCO
- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2020 sal-2033 (COM(2020)0384 - C9-0275/2020 - 2020/0179(COD)) F'konformità mal-Artikolu 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
- Ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP (N9-0042/2020 [01] - C9-0277/2020 - 2020/0907(NLE))
irriferut
responsabbli :
ECON
- Ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP (N9-0042/2020 [02] - C9-0278/2020 - 2020/0908(NLE))
irriferut
responsabbli :
ECON
- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli fl-Irlanda ta' Fuq (COM(2020)0360 - C9-0279/2020 - 2020/0165(CNS))
irriferut
responsabbli :
ECON
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-taxxa AIEM applikabbli fil-Gżejjer Kanarji (COM(2020)0355 - C9-0280/2020 - 2020/0163(CNS))
irriferut
responsabbli :
REGI
opinjoni :
ECON, PECH
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni nru 940/2014 dwar id-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi (COM(2020)0371 - C9-0281/2020 - 2020/0174(CNS))
irriferut
responsabbli :
REGI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi dwar vetturi ta' tmiem is-serje tal-kategorija L b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020)0491 - C9-0285/2020 - 2020/0251(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
IMCO
opinjoni :
ENVI, ITRE, TRAN
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu u ta' ċerti dati oħra msemmija f'dak ir-Regolament (COM(2020)0483 - C9-0286/2020 - 2020/0231(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
AGRI
opinjoni :
ENVI
- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2021 sal-2027 (COM(2020)0437 - C9-0289/2020 - 2020/0209(CNS))
irriferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
IMCO, REGI
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 għall-baġit ġenerali tal-2020: Żieda flapproprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza biex tiġi ffinanzjata l-istrateġija dwar il-vaċċini kontra l-COVID-19 u għall-impatt tal-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus - Pożizzjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2020 (10696/2020 - C9-0290/2020 - 2020/1997(BUD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Ħatra ta' membru tal-Kummissjoni Ewropea - Mairead McGuinness (IE) (10684/2020 - C9-0295/2020 - 2020/0803(NLE))
irriferut
responsabbli :
ECON
2) mill-kumitati parlamentari
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (COM(2019)0620 - C9-0117/2019 - 2019/0188(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Manuel Pizarro (A9-0128/2020)
- Rapport dwar il-kooperazzjoni UE-Afrika fil-qasam tas-sigurtà fir-reġjun tas-Saħel, fil-Punent tal-Afrika u fil-Qarn tal-Afrika (2020/2002(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Javier Nart (A9-0129/2020)
- Rapport dwar il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk tal-bini tal-UE (2020/2070(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Ciarán Cuffe (A9-0134/2020)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (COM(2020)0022 - C9-0007/2020 - 2020/0006(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Manolis Kefalogiannis (A9-0135/2020)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia (2019/2200(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Sven Mikser (A9-0136/2020)
- Rapport dwar l-esportazzjoni ta' armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (2020/2003(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Hannah Neumann (A9-0137/2020)
- Rapport interim dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (2017/0360R(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A9-0138/2020)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (COM(2019)0208 - C9-0009/2019 - 2019/0101(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Esther de Lange (A9-0139/2020)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fuq ċerti prodotti alkoħoliċi prodotti fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u tal-Azores (COM(2020)0240 - C9-0190/2020 - 2020/0118(CNS)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0140/2020)
- Rapport dwar miżuri effikaċi biex Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jsiru aktar "ħodor" (2019/2195(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Laurence Farreng (A9-0141/2020)
- Rapport dwar in-nuqqas ta' mediċini – kif nindirizzaw problema emerġenti (2020/2071(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Nathalie Colin-Oesterlé (A9-0142/2020)
- Rapport dwar ir-rwol tal-UE fil-protezzjoni u r-restawr tal-foresti tad-dinja (2019/2156(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Stanislav Polčák (A9-0143/2020)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 biex titqies b'mod xieraq is-sistema globali tal-ġbir tad-data għad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti (COM(2019)0038 - C8-0043/2019 - 2019/0017(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Jutta Paulus (A9-0144/2020)
- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea (2018/0135(CNS)) - Kumitat BUDG - Rapporteures: José Manuel Fernandes, Valérie Hayer (A9-0146/2020)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom: Nikkumbattu l-attitudnijiet negattivi fil-konfront ta' persuni ta' oriġini Romani fl-Ewropa (2020/2011(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Romeo Franz (A9-0147/2020)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (COM(2020)0220 - C9-0160/2020 - 2020/0097(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Nikos Androulakis (A9-0148/2020)
- Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (N9-0042/2020[01] - C9-0277/2020 - 2020/0907(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0151/2020)
- Rapport dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (N9-0041/2020 - C9-0276/2020 - 2020/0906(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0152/2020)
- Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (N9-0042/2020[02] - C9-0278/2020 - 2020/0908(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0153/2020)
13. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):
— O-000039/2020 imressqa minn Sirpa Pietikäinen, Christel Schaldemose, Karin Karlsbro, Bas Eickhout, Jadwiga Wiśniewska u Idoia Villanueva Ruiz, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: L-importanza tal-infrastruttura urbana u ħadra – Is-sena Ewropea tal-Bliet aktar Ekoloġiċi 2022 (B9-0014/2020);
— O-000040/2020 imressqa minn Cristian-Silviu Buşoi, Günther Sidl, Jan Huitema, Michèle Rivasi, Simona Baldassarre, Joanna Kopcińska u Kateřina Konečná, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: Approċċ strateġiku għall-prodotti farmaċewtiċi fl-ambjent (B9-0015/2020);
— O-000041/2020 imressqa minn Cristian-Silviu Buşoi, Günther Sidl, Jan Huitema, Michèle Rivasi, Simona Baldassarre, Joanna Kopcińska u Kateřina Konečná, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Approċċ strateġiku għall-prodotti farmaċewtiċi fl-ambjent (B9-0016/2020);
— O-000042/2020 imressqa minn Marc Angel, Maria Walsh, Fabio Massimo Castaldo, Terry Reintke, Malin Björk, Kira Marie Peter-Hansen, Pernille Weiss, Billy Kelleher, Isabel Carvalhais, Pernando Barrena Arza, Sophia in 't Veld, Marianne Vind, Sirpa Pietikäinen, Dietmar Köster, Monika Vana, Daniel Freund, Frédérique Ries, Francisco Guerreiro, Nathalie Loiseau, Frances Fitzgerald, Birgit Sippel, Robert Biedroń, Dimitrios Papadimoulis, Vera Tax, Evelyne Gebhardt, Arba Kokalari, Petra De Sutter, Grace O'Sullivan, Gwendoline Delbos-Corfield, Radka Maxová, Heidi Hautala, Evelyn Regner, Rosa D'Amato, Aurore Lalucq, Hilde Vautmans, Pierre Karleskind, Evin Incir, Pina Picierno, Antoni Comín i Oliveres, Johan Danielsson, Magdalena Adamowicz, Diana Riba i Giner, Sandro Gozi, Brando Benifei, Mónica Silvana González, Ernest Urtasun, Kim Van Sparrentak, Alice Kuhnke, Rasmus Andresen, Marie Toussaint, Milan Brglez, Karen Melchior, Chrysoula Zacharopoulou, Eleonora Evi, Sylwia Spurek, Manuel Bompard, Isabel Santos, Jeroen Lenaers u Delara Burkhardt, lill-Kummissjoni: Żoni ħielsa minn LGBTI fil-Polonja fi ħdan l-ambitu tal-kawża Rete Lenford (B9-0017/2020).
14. Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Jannar I 2020 (it-tieni parti) hija disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament.
15. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Settembru 2020 (PE 655.238/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):
Il-President ħabbar li kien irċieva erba' talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura) għall-adozzjoni tal-fajls li ġejjin matul din is-sessjoni parzjali:
— Deċiżjoni li tagħti s-setgħa lil Franza biex tikkonkludi ftehim internazzjonali dwar il-Kanal Ingliż (2020/0160(COD)) - Kumitat TRAN (punt 95 tal-PDOJ);
— Applikazzjoni tar-regoli dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja fi ħdan il-Kanal Ingliż (2020/0161(COD)) - Kumitat TRAN (punt 95 tal-PDOJ);
— Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 8: Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza biex tiġi ffinanzjata l-istrateġija dwar il-vaċċini kontra l-COVID-19 u għall-impatt tal-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus(2020/1997(BUD)) - Kumitat BUDG (punt 68 tal-PDOJ).
Il-President ħabbar ukoll li dawn it-talbiet kienu se jitressqu għall-votazzjoni waqt is-sessjoni ta' votazzjoni tal-lum.
Barra minn hekk, wara konsultazzjoni tal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-bidliet li ġejjin għall-abbozz definittiv tal-aġenda:
It-Tnejn
It-tliet rapporti li ġejjin se jiżdiedu mas-sessjoni ta' votazzjoni tat-Tnejn:
— Rapport dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0152/2020);
— Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0151/2020);
— Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0153/2020).
Il-votazzjoni se ssir permezz ta' vot sigriet.
Il-President fl-aħħar nett ħabbar li l-votazzjonijiet kienu se jitqassmu fuq is-sessjonijiet ta' votazzjoni differenti skont l-għadd ta' emendi mressqa u l-għadd ta' talbiet għal votazzjoni maqsuma u votazzjoni separata. L-informazzjoni dwar it-tqassim tal-votazzjonijiet fuq id-diversi sessjonijiet ta' votazzjoni tkun disponibbli fis-sit web tal-Parlament taħt “Informazzjoni u dokumenti prijoritarji”.
Il-Parlament qabel ma' dawn il-proposti.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
16. Id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja - Żoni mingħajr persuni LGBTI fil-Polonja fl-ambitu tal-każ Rete Lenford (dibattitu)
Rapport interim dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja [COM(2017)0835 - 2017/0360R(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A9-0138/2020)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000042/2020) imressqa minn Marc Angel, Maria Walsh, Fabio Massimo Castaldo, Terry Reintke, Malin Björk, Kira Marie Peter-Hansen, Pernille Weiss, Billy Kelleher, Isabel Carvalhais, Pernando Barrena Arza, Sophia in 't Veld, Marianne Vind, Sirpa Pietikäinen, Dietmar Köster, Monika Vana, Daniel Freund, Frédérique Ries, Francisco Guerreiro, Nathalie Loiseau, Frances Fitzgerald, Birgit Sippel, Robert Biedroń, Dimitrios Papadimoulis, Vera Tax, Evelyne Gebhardt, Arba Kokalari, Petra De Sutter, Grace O'Sullivan, Gwendoline Delbos-Corfield, Radka Maxová, Heidi Hautala, Evelyn Regner, Rosa D'Amato, Aurore Lalucq, Hilde Vautmans, Pierre Karleskind, Evin Incir, Pina Picierno, Antoni Comín i Oliveres, Johan Danielsson, Magdalena Adamowicz, Diana Riba i Giner, Sandro Gozi, Brando Benifei, Mónica Silvana González, Ernest Urtasun, Kim Van Sparrentak, Alice Kuhnke, Rasmus Andresen, Marie Toussaint, Milan Brglez, Karen Melchior, Chrysoula Zacharopoulou, Eleonora Evi, Sylwia Spurek, Manuel Bompard, Isabel Santos, Jeroen Lenaers u Delara Burkhardt, lill-Kummissjoni: Żoni ħielsa minn LGBTI fil-Polonja fi ħdan l-ambitu tal-kawża Rete Lenford (B9-0017/2020).
Juan Fernando López Aguilar ippreżenta r-rapport.
PRESIDENZA: Othmar KARAS Viċi President
Marc Angel daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Intervent ta': Věra Jourová (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Evelyn Regner (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Andrzej Halicki f'isem il-Grupp PPE, Birgit Sippel f'isem il-Grupp S&D, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp Renew, Hélène Laporte f'isem il-Grupp ID, Terry Reintke f'isem il-Grupp Verts/ALE, Patryk Jaki f'isem il-Grupp ECR, Malin Björk f'isem il-Grupp GUE/NGL, Eleonora Evi Membru mhux affiljata, Roberta Metsola, Sylwia Spurek, Pierre Karleskind, Maximilian Krah, Gwendoline Delbos-Corfield, Pernando Barrena Arza, Vladimír Bilčík, Marek Paweł Balt, Alice Kuhnke, Miguel Urbán Crespo, Maria Walsh, Łukasz Kohut, Grace O'Sullivan, Balázs Hidvéghi, Tilly Metz, Rasmus Andresen u Hermann Tertsch.
Interventi ta':Věra Jourová u Juan Fernando López Aguilar.
Il-President ħabbar li l-Kumitat TRAN kien irtira ż-żewġ talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Article 163 tar-Regoli ta' Proċedura) li ġejjin imħabbra fil-ftuħ tas-seduta (punt 15 tal-Minuti tad-data 14.9.2020):
— Deċiżjoni li tagħti s-setgħa lil Franza biex tikkonkludi ftehim internazzjonali dwar il-Kanal Ingliż (2020/0160(COD)) - Kumitat TRAN;
— Applikazzjoni tar-regoli dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja fi ħdan il-Kanal Ingliż (2020/0161(COD)) - Kumitat TRAN.
19. Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea * (dibattitu)
Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea [10025/2020 - C9-0215/2020 - 2018/0135(CNS)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Valérie Hayer (A9-0146/2020)
José Manuel Fernandes u Valérie Hayer ippreżentaw ir-rapport.
Intervent ta': Michael Roth (President fil-kariga tal-Kunsill).
— Ħatra tal-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP Rapport dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq [N9-0041/2020 - C9-0276/2020 - 2020/0906(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0152/2020);
— Ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq [N9-0042/2020 - C9-0277/2020 - 2020/0907(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0151/2020);
— Ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq [N9-0042/2020 - C9-0278/2020 - 2020/0908(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0153/2020).
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura):
— Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 8: Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza biex tiġi ffinanzjata l-istrateġija dwar il-vaċċini kontra l-COVID-19 u għall-impatt tal-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus [10696/2020 - C9-0290/2020 - 2020/1997(BUD)] - Kumitat BUDG.
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni unika dwar:
— Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fuq ċerti prodotti alkoħoliċi prodotti fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u tal-Azores * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fuq ċerti prodotti alkoħoliċi prodotti fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u tal-Azores [COM(2020)0240 - C9-0190/2020 - 2020/0118(CNS)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0140/2020);
— Miżuri effikaċi biex Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jsiru aktar "ħodor" Rapport dwar miżuri effikaċi biex Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jsiru aktar "ħodor" [2019/2195(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Laurence Farreng (A9-0141/2020).
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar l-emendi għal:
— Ir-rwol tal-UE fil-protezzjoni u r-restawr tal-foresti tad-dinja Rapport dwar ir-rwol tal-UE fil-protezzjoni u r-restawr tal-foresti tad-dinja [2019/2156(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Stanislav Polčák (A9-0143/2020);
— Kooperazzjoni UE-Afrika fil-qasam tas-sigurtà fir-reġjun tas-Saħel, fil-Punent tal-Afrika u fil-Qarn tal-Afrika Rapport dwar il-kooperazzjoni UE-Afrika fil-qasam tas-sigurtà fir-reġjun tas-Saħel, fil-Punent tal-Afrika u fil-Qarn tal-Afrika [2020/2002(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Javier Nart (A9-0129/2020)
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sat-20.30.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ir-riżultati tal-votazzjoni se jitħabbru għada, it-Tlieta 15 ta' Settembru 2020 fid-9.00.
21. Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea * (tkomplija tad-dibattitu)
Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea[10025/2020 - C9-0215/2020 - 2018/0135(CNS)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Valérie Hayer (A9-0146/2020)
Intervent ta': Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Siegfried Mureşan f'isem il-Grupp PPE, Eider Gardiazabal Rubial f'isem il-Grupp S&D, Luis Garicano f'isem il-Grupp Renew, Hélène Laporte f'isem il-Grupp ID, u David Cormand f'isem il-Grupp Verts/ALE.
PRESIDENZA: Fabio Massimo CASTALDO Viċi President
Interventi ta': Bogdan Rzońca f'isem il-Grupp ECR, José Gusmão f'isem il-Grupp GUE/NGL, Antoni Comín i Oliveres Membru mhux affiljat, Jan Olbrycht, Margarida Marques, Sandro Gozi, Joachim Kuhs, Derk Jan Eppink, Marc Botenga, Niclas Herbst, Pierre Larrouturou, Caroline Nagtegaal, Teuvo Hakkarainen, Zbigniew Kuźmiuk, Karlo Ressler, Paul Tang, Billy Kelleher, Gunnar Beck, Charlie Weimers, Kris Peeters, Nils Ušakovs, Herve Juvin u Andrey Novakov.
Interventi ta': Johannes Hahn, Michael Roth (President fil-kariga tal-Kunsill), José Manuel Fernandes u Valérie Hayer.
22. Emenda tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili [COM(2020)0220 - C9-0160/2020 - 2020/0097(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Nikos Androulakis (A9-0148/2020)
Nikos Androulakis ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Niclas Herbst (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Sunčana Glavak f'isem il-Grupp PPE, Milan Brglez f'isem il-Grupp S&D, Nicolae Ştefănuță f'isem il-Grupp Renew, Marco Dreosto f'isem il-Grupp ID, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Stelios Kympouropoulos u Aurélia Beigneux.
Interventi ta': Johannes Hahn u Nikos Androulakis.
23. Sistema globali tal-ġbir tad-data għad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 biex titqies b'mod xieraq is-sistema globali tal-ġbir tad-data għad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti [COM(2019)0038 - C8-0043/2019 - 2019/0017(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Jutta Paulus (A9-0144/2020)
Jutta Paulus ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Pernille Weiss f'isem il-Grupp PPE, Jytte Guteland f'isem il-Grupp S&D, u Catherine Chabaud f'isem il-Grupp Renew.
PRESIDENZA: Ewa KOPACZ Viċi President
Interventi ta': Mick Wallace f'isem il-Grupp GUE/NGL, Eleonora Evi Membru mhux affiljata, Peter Liese, Javi López u Pierre Karleskind.
24. L-esportazzjoni ta' armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (dibattitu)
Rapport dwar l-esportazzjoni ta' armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK [2020/2003(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Hannah Neumann (A9-0137/2020)
Hannah Neumann ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Josep Borrell Fontelles (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).
Interventi ta': Arnaud Danjean f'isem il-Grupp PPE, Joachim Schuster f'isem il-Grupp S&D, Klemen Grošelj f'isem il-Grupp Renew, Jérôme Rivière f'isem il-Grupp ID, Salima Yenbou f'isem il-Grupp Verts/ALE, Özlem Demirel f'isem il-Grupp GUE/NGL, Fabio Massimo Castaldo Membru mhux affiljat, Nikos Androulakis, Clara Ponsatí Obiols u Pierfrancesco Majorino.
Interventi ta': Josep Borrell Fontelles u Hannah Neumann.
25. L-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia (dibattitu)
Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia [2019/2200(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Sven Mikser (A9-0136/2020)
Kati Piri (li tissostitwixxi r-rapporteur) ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Josep Borrell Fontelles (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).
Interventi ta': Andrea Bocskor f'isem il-Grupp PPE, Marina Kaljurand f'isem il-Grupp S&D, Urmas Paet f'isem il-Grupp Renew, Thierry Mariani f'isem il-Grupp ID, Viola Von Cramon-Taubadel f'isem il-Grupp Verts/ALE, Anna Fotyga f'isem il-Grupp ECR, Michael Gahler, Nacho Sánchez Amor u Helmut Geuking.
Interventi ta': Josep Borrell Fontelles u Kati Piri.
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit web tal-Parlament.
B'mod eċċezzjonali ġew aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot ta' tul massimu ta' 400 kelma.
27. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 655.238/OJMA).
Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.