Ħatra tal-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP Rapport dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq [N9-0041/2020 - C9-0276/2020 - 2020/0906(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0152/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Votazzjoni b'mod sigriet (Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura))
ĦATRA
Approvazzjoni(P9_TA(2020)0207) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16 u s-17 ta' Settembru 2020, punt 1) Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 tal-Minuti tad-data 15.9.2020)
Ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq [N9-0042/2020 - C9-0277/2020 - 2020/0907(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0151/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Votazzjoni b'mod sigriet (Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura))
ĦATRA
Approvazzjoni(P9_TA(2020)0208) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16 u s-17 ta' Settembru 2020, punt 2) Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 2 tal-Minuti tad-data 15.9.2020)
Ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq [N9-0042/2020 - C9-0278/2020 - 2020/0908(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0153/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Votazzjoni b'mod sigriet (Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura))
ĦATRA
Approvazzjoni(P9_TA(2020)0209) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16 u s-17 ta' Settembru 2020, punt 3) Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 3 tal-Minuti tad-data 15.9.2020)
Il-President qara r-riżultati finali tal-vot dwar it-talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' urġenza :
Il-Parlament approva t-talba għal proċedura urġenti.
Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 8: Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza biex tiġi ffinanzjata l-istrateġija dwar il-vaċċini kontra l-COVID-19 u għall-impatt tal-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus [10696/2020 - C9-0290/2020 - 2020/1997(BUD)] - Kumitat BUDG
Il-Parlament approva t-talba għal proċedura urġenti.
Il-President qara r-riżultati tal-votazzjonijiet:
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fuq ċerti prodotti alkoħoliċi prodotti fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u tal-Azores * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fuq ċerti prodotti alkoħoliċi prodotti fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u tal-Azores [COM(2020)0240 - C9-0190/2020 - 2020/0118(CNS)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0140/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Approvazzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2020)0210) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16 u s-17 ta' Settembru 2020, punt4)
Miżuri effikaċi biex Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jsiru aktar "ħodor" Rapport dwar miżuri effikaċi biex Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jsiru aktar "ħodor" [2019/2195(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Laurence Farreng (A9-0141/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2020)0211) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16 u s-17 ta' Settembru 2020, punt5)
Il-President qara r-riżultati tal-votazzjonijiet dwar l-emendi għal:
Ir-rwol tal-UE fil-protezzjoni u r-restawr tal-foresti tad-dinja Rapport dwar ir-rwol tal-UE fil-protezzjoni u r-restawr tal-foresti tad-dinja [2019/2156(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Stanislav Polčák (A9-0143/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0212) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16 u s-17 ta' Settembru 2020, punt 6)
Kooperazzjoni UE-Afrika fil-qasam tas-sigurtà fir-reġjun tas-Saħel, fil-Punent tal-Afrika u fil-Qarn tal-Afrika Rapport dwar il-kooperazzjoni UE-Afrika fil-qasam tas-sigurtà fir-reġjun tas-Saħel, fil-Punent tal-Afrika u fil-Qarn tal-Afrika [2020/2002(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Javier Nart (A9-0129/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0213) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16 u s-17 ta' Settembru 2020, punt7)