8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)
Il-President ħabbret li ma rċevietx talba minn għadd ta' Membri jew minn grupp politiku wieħed jew aktar li jilħqu tal-anqas il-limitu medju dwar id-deċiżjonijiet biex jibdew in-negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tad-data tat-Tnejn 14 ta' Settembru 2020 (punt 8 tal-Minuti tad-data 14.9.2020).
Il-Kumitati REGI u PECH għalhekk setgħu jibdew in-negozjati wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura.