Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:
— L-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur (Emissjonijiet f'Sewqan Reali ) ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi [COM(2019)0208 - C9-0009/2019 - 2019/0101(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Esther de Lange (A9-0139/2020);
— Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta [COM(2020)0022 - C9-0007/2020 - 2020/0006(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Manolis Kefalogiannis (A9-0135/2020);
— L-esportazzjoni ta' armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK Rapport dwar l-esportazzjoni ta' armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK [2020/2003(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Hannah Neumann (A9-0137/2020).
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar l-emendi għal:
— Tħejjija tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew, b'enfasi fuq l-eskalazzjoni perikoluża u r-rwol tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta mressqa, skont l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B9-0260/2020, B9-0263/2020, B9-0264/2020, B9-0266/2020, B9-0268/2020 u B9-0270/2020, minn Michael Gahler, Kris Peeters, David McAllister, Antonio López-Istúriz White, Manolis Kefalogiannis, Vangelis Meimarakis, David Lega, Loucas Fourlas, Lefteris Christoforou u Anna-Michelle Asimakopoulou, f'isem il-Grupp PPE, Kati Piri, Tonino Picula u Nacho Sánchez Amor, f'isem il-Grupp S&D, Nathalie Loiseau, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Stéphane Bijoux, Vlad-Marius Botoş, Sylvie Brunet, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Ilana Cicurel, Bernard Guetta, Klemen Grošelj, Moritz Körner, Frédérique Ries, Ramona Strugariu u Hilde Vautmans, f'isem il-Grupp Renew, Sergey Lagodinsky, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Hermann Tertsch u Elżbieta Kruk, f'isem il-Grupp ECR, Stelios Kouloglou u Giorgos Georgiou, f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Fabio Massimo Castaldo, dwar it-tħejjija tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew, b'enfasi fuq l-eskalazzjoni perikoluża u r-rwol tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (2020/2774(RSP)) (RC-B9-0260/2020);
— Is-sitwazzjoni fil-Belarussja Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta mressqa, skont l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B9-0271/2020, B9-0272/2020, B9-0274/2020, B9-0275/2020 u B9-0278/2020, minn Sandra Kalniete, Michael Gahler, Željana Zovko, Paulo Rangel, David McAllister, Jerzy Buzek, Andrius Kubilius, Radosław Sikorski, Andrzej Halicki, Vladimír Bilčík, Isabel Wiseler-Lima, Antonio López-Istúriz White, David Lega, Andrey Kovatchev, Arba Kokalari, Rasa Juknevičienė, Tomasz Frankowski, Eugen Tomac u Roberta Metsola, f'isem il-Grupp PPE, Kati Piri, Tonino Picula, Norbert Neuser, Robert Biedroń u Isabel Santos, f'isem il-Grupp S&D, Petras Auštrevičius, Clotilde Armand, Malik Azmani, Izaskun Bilbao Barandica, Vlad-Marius Botoş, Dita Charanzová, Moritz Körner, Frédérique Ries, Nicolae Ştefănuță, Ramona Strugariu u Hilde Vautmans, f'isem il-Grupp Renew, Viola Von Cramon-Taubadel, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ryszard Antoni Legutko, Anna Fotyga, Witold Jan Waszczykowski, Ruža Tomašić, Elżbieta Kruk, Charlie Weimers, Joanna Kopcińska, Jadwiga Wiśniewska u Adam Bielan, f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja (2020/2779(RSP)) (RC-B9-0271/2020);
— Is-sitwazzjoni fir-Russja, l-avvelenament ta' Alexei Navalny Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta mressqa, skont l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B9-0280/2020, B9-0281/2020, B9-0282/2020, B9-0283/2020 u B9-0284/2020, minn Michael Gahler, Andrius Kubilius, Sandra Kalniete, Andrzej Halicki, Antonio López-Istúriz White, Radosław Sikorski, Rasa Juknevičienė, Eugen Tomac, Miriam Lexmann, Roberta Metsola u David Lega, f'isem il-Grupp PPE, Kati Piri, Tonino Picula u Włodzimierz Cimoszewicz, f'isem il-Grupp S&D, Bernard Guetta, Clotilde Armand, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Stéphane Bijoux, Vlad-Marius Botoş, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Anna Júlia Donáth, Klemen Grošelj, Moritz Körner, Frédérique Ries, Michal Šimečka, Nicolae Ştefănuță u Ramona Strugariu, f'isem il-Grupp Renew, Sergey Lagodinsky, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ryszard Antoni Legutko, Anna Fotyga, Witold Jan Waszczykowski, Ruža Tomašić, Jadwiga Wiśniewska, Ryszard Czarnecki, Bogdan Rzońca, Elżbieta Kruk, Assita Kanko, Joanna Kopcińska, Charlie Weimers, Alexandr Vondra u Adam Bielan, f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni fir-Russja, l-avvelenament ta' A. Navalny (2020/2777(RSP)) (RC-B9-0280/2020).
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sas-18.45.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ir-riżultati tal-votazzjoni se jitħabbru għada, il-Ħamis 17 ta' Settembru 2020 fit-8.30.
Interventi
— Esther de Lange, rapporteur, qabel il-ftuħ tat-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet, biex titlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għan-negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura: L-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur (Emissjonijiet f'Sewqan Reali ) (2019/0101(COD)) - Kumitat ENVI;
— Manolis Kefalogiannis, rapporteur, qabel il-ftuħ tat-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għan-negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura: Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (2020/0006(COD)) - Kumitat REGI.
Dawn it-talbiet se jitressqu għal votazzjoni qabel il-votazzjoni finali fuq il-proposti tal-Kummissjoni. (punt 2 tal-Minuti tad-data 17.9.2020).