Petra de Sutter inħatret Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Servizz Ċivili u l-Intrapriżi Pubbliċi fil-Gvern Belġjan b'effett mill-1 ta' Ottubru 2020.
Il-Parlament ħa nota li, bi qbil mal-Artikolu 7(1) tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, din il-kariga hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru Ewropew u, bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tagħha li tiddekorri mill-1 ta' Ottubru 2020.