Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 3k
It-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2020 - Brussell

8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar, f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, id-deċiżjonijiet tal-Kumitati INTA, BUDG/ECON u EMPL li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapporti li ġejjin:

—   Kumitat INTA: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (COM(2020)0135 – C9-0099/2020 – 2020/0051(COD)). Rapporteur: Emmanuel Maurel (A9-0175/2020);

—   Kumitati BUDG/ECON: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Appoġġ Tekniku (COM(2020)0409 – C9-0148/2020 – 2020/0103(COD)). Rapporteurs: Alexandra Geese, Othmar Karas u Dragoș Pîslaru (A9-0173/2020);

—   Kumitat EMPL: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-indirizzar tal-kriżi tal-COVID-19 (COM(2020)0223 – C9-0151/2020 – 2020/0105(COD)). Rapporteur: Lucia Ďuriš Nicholsonová (A9-0174/2020).

F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada t-Tlieta, 6 ta' Ottubru 2020, li d-deċiżjonijiet għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqhom.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza