Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 18k
It-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2020 - Brussell

13. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima) (COM(2020)0563 - C9-0299/2020 - 2020/0036(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ENVI

opinjoni :

ECON, EMPL, ITRE, TRAN, REGI, AGRI

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (COM(2020)0571 - C9-0301/2020 - 2020/0262(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

EMPL

opinjoni :

ENVI, JURI

- Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12294/2018 - C9-0302/2020 - 2018/0310(NLE))

irriferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

INTA

- Abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021: Pożizzjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2020 (11072/1/2020 - C9-0314/2020 - 2020/1998(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

AFET, DEVE, INTA, CONT, ECON, EMPL, ENVI, ITRE, IMCO, TRAN, REGI, AGRI, PECH, CULT, JURI, LIBE, AFCO, FEMM, PETI

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti

- Rapport dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE (2019/2167(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Ernest Urtasun (A9-0145/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (COM(2019)0619 - C9-0188/2019 - 2019/0272(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Giuseppe Ferrandino (A9-0149/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) (COM(2020)0451 - C9-0149/2020 - 2020/0101(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteurs: Andrey Novakov, Constanze Krehl (A9-0150/2020)

- Rapport dwar l-Istrateġija Ewropea għall-Foresti - It-Triq 'il Quddiem (2019/2157(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A9-0154/2020)

- Rapport dwar żvilupp ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU): titjib tal-aċċess għall-finanzjament fis-swieq kapitali, b'mod partikolari mill-SMEs, u żieda ulterjuri fil-parteċipazzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur (2020/2036(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Isabel Benjumea Benjumea (A9-0155/2020)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta' ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum "tradizzjonali" prodott f'Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f'Martinique u f'Réunion (COM(2020)0332 - C9-0217/2020 - 2020/0150(CNS)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0156/2020)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-taxxa AIEM applikabbli fil-Gżejjer Kanarji (COM(2020)0355 - C9-0280/2020 - 2020/0163(CNS)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0157/2020)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE dwar id-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperifiċi Franċiżi (COM(2020)0371 - C9-0281/2020 - 2020/0174(CNS)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0159/2020)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni – rapport annwali 2018 (2019/2197(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Jörgen Warborn (A9-0160/2020)

- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Finanzi Diġitali: riskji emerġenti relatati mal-kriptoassi - sfidi regolatorji u superviżorji fil-qasam tas-servizzi, l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji (2020/2034(INL)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Ondřej Kovařík (A9-0161/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (COM(2020)0080 - C9-0077/2020 - 2020/0036(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Jytte Guteland (A9-0162/2020)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 - Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) (10430/2020 - C9-0283/2020 - 2020/1999(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Monika Hohlmeier (A9-0163/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fl-Ukrajna fuq l-uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żerriegħa taċ-ċereali u l-ekwivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali prodotta fl-Ukrajna (COM(2020)0137 - C9-0100/2020 - 2020/0053(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Veronika Vrecionová (A9-0164/2020)

- Rapport dwar l-istabbiliment ta' Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (2020/2072(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Michal Šimečka (A9-0170/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċedura tad-diżimpenn (COM(2020)0309 - C9-0202/2020 - 2020/0140(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Joachim Stanisław Brudziński (A9-0171/2020)

2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (06799/1/2020 - C9-0291/2020 - 2018/0047(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Caroline Nagtegaal (A9-0169/2020)

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv Ewropej għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (06800/1/2020 - C9-0292/2020 - 2018/0048(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Eugen Jurzyca (A9-0168/2020)

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza