Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 6k
It-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2020 - Brussell

14. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Ottubru I 2020 (PE 658.540/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

Il-President ħabbar li kien irċieva tliet talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura) għall-adozzjoni tal-fajls li ġejjin matul din is-sessjoni parzjali:

—   Applikazzjoni tar-regoli dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja fi ħdan il-Kanal Ingliż [COM(2020)0623 - C9-0212/2020 - 2020/0161(COD)] - Kumitat TRAN (punt 78 tal-Abbozz tal-Aġenda);

—   Deċiżjoni li tagħti s-setgħa lil Franza biex tikkonkludi ftehim internazzjonali dwar il-Kanal Ingliż [COM(2020)0622 - C9-0211/2020 - 2020/0160(COD)] - Kumitat TRAN (punt 79 tal-Abbozz tal-Aġenda);

—   Produzzjoni organika: data tal-applikazzjoni u ċerti dati oħra [COM(2020)0483 - C9-0286/2020 - 2020/0231(COD)] - Kumitat AGRI (punt 80 tal-Abbozz tal-Aġenda).

Il-President ħabbar ukoll li dawn it-talbiet kienu se jitressqu għall-votazzjoni waqt is-sessjoni ta' votazzjoni tal-lum.

Barra minn hekk, il-President ħabbar li ma kienet tressqet l-ebda proposta ta' ċaħda u l-ebda emenda f'konformità mal-Artikoli 67 u 68 tar-Regoli ta' Proċedura rigward il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari li ġejja:

—   Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji (punt 42 tal-Abbozz tal-Aġenda);

—   Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (punt 43 tal-Abbozz tal-Aġenda).

L-atti proposti għandhom għalhekk jitqiesu li ġew adottati (P9_TA(2020)0243 u P9_TA(2020)0242).

Il-President fl-aħħar nett ħabbar li l-votazzjonijiet tqassmu matul is-sessjonijiet ta' votazzjoni differenti skont l-għadd ta' emendi mressqa u l-għadd ta' talbiet għal votazzjonijiet maqsuma u votazzjonijiet separati. L-informazzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-voti skont id-diversi sessjonijiet ta' votazzjoni se tkun disponibbli fis-sit internet tal-Parlament taħt “Informazzjoni u dokumenti prijoritarji”.

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President jipproponi l-modifika li ġejja għall-abbozz definittiv tal-aġenda:

L-Erbgħa

It-titolu tad-dibattitu dwar Il-bidu mill-ġdid tal-ostilitajiet bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan b'rabta mal-enklav tan-Nagorno-Karabakh (punt 91 tal-Abbozz tal-Aġenda) se jkun modifikat kif ġej: Il-bidu mill-ġdid tal-ostilitajiet bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan b'rabta mal-konflitt tan-Nagorno-Karabakh.

Il-Parlament qabel ma' dawn il-proposti.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Interventi ta': Sylvia Limmer u Robert Roos (Il-President iċċara xi punti).

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza