Indiċi 
Minuti
XML 133kPDF 277kWORD 74k
It-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2020 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Dikjarazzjoni tal-Presidenza
 4.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
 5.Kompożizzjoni tal-Parlament
 6.Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
 7.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 8.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
 9.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 11.Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja
 12.Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
 13.Dokumenti mressqa
 14.Ordni tal-ħidma
 15.L-istabbiliment ta' Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (dibattitu)
 16.Il-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt fil-qafas tal-QFP 2021-2027 u ta' Next Generation EU (dibattitu)
 17.Sessjoni ta' votazzjonijiet
 18.Il-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt fil-qafas tal-QFP 2021-2027 u ta' Next Generation EU (tkomplija tad-dibattitu)
 19.L-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-Bulgarija (dibattitu)
 20.Tkomplija tas-seduta
 21.L-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-Bulgarija (tkomplija tad-dibattitu)
 22.Preżentazzjoni mill-Kunsill tal-pożizzjoni tiegħu rigward l-abboz ta' baġit ġenerali - is-sena finanzjarja 2021 (dibattitu)
 23.In-nisa fil-proċessi deċiżjonali fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, inkluża s-sitwazzjoni attwali tad-direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati (dibattitu)
 24.It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (dibattitu)
 25.Spjegazzjonijiet tal-vot
 26.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 27.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 28.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: David Maria SASSOLI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ħamis, 17 ta' Settembru 2020 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.00.


3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha ta l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-vittmi tal-għargħar li f'dawn l-aħħar jiem farrak ir-reġjuni tax-Xlokk ta' Franza u l-Majjistral tal-Italja. Huwa fakkar ukoll l-isforzi tal-persunal tas-servizzi ta' emerġenza.


4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti

Il-Minuti tas-seduti tad-dati tal-14 ta' Settembru 2020, il-15 ta' Settembru 2020, is-16 ta' Settembru 2020 u s-17 ta' Settembru 2020 ġew approvati.

Katalin Cseh avżat li hija kienet preżenti għas-seduta tal-15 ta' Settembru 2020 iżda isimha ma kienx imniżżel fir-reġistru tal-attendenza.


5. Kompożizzjoni tal-Parlament

Petra de Sutter inħatret Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Servizz Ċivili u l-Intrapriżi Pubbliċi fil-Gvern Belġjan b'effett mill-1 ta' Ottubru 2020.

Il-Parlament ħa nota li, bi qbil mal-Artikolu 7(1) tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, din il-kariga hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru Ewropew u, bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tagħha li tiddekorri mill-1 ta' Ottubru 2020.


6. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi

Sylwia Spurek m'għadhiex Membru tal-Grupp S&D u ssieħbet mal-Grupp Verts/ALE li jiddekorri mit-30 ta' Settembru 2020.


7. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-gruppi S&D, Verts/ALE u ECR id-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:

Kumitat LIBE: Łukasz Kohut

Kumitat FEMM: Sylwia Spurek minflok Gwendoline Delbos-Corfield

Kumitat Speċjali dwar l-Indħil Barrani fil-Proċessi Demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-Diżinformazzjoni: Dace Melbārde minflok Ryszard Czarnecki

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Russja: Sylwia Spurek

Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.


8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar, f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, id-deċiżjonijiet tal-Kumitati INTA, BUDG/ECON u EMPL li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapporti li ġejjin:

—   Kumitat INTA: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (COM(2020)0135 – C9-0099/2020 – 2020/0051(COD)). Rapporteur: Emmanuel Maurel (A9-0175/2020);

—   Kumitati BUDG/ECON: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Appoġġ Tekniku (COM(2020)0409 – C9-0148/2020 – 2020/0103(COD)). Rapporteurs: Alexandra Geese, Othmar Karas u Dragoș Pîslaru (A9-0173/2020);

—   Kumitat EMPL: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-indirizzar tal-kriżi tal-COVID-19 (COM(2020)0223 – C9-0151/2020 – 2020/0105(COD)). Rapporteur: Lucia Ďuriš Nicholsonová (A9-0174/2020).

F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada t-Tlieta, 6 ta' Ottubru 2020, li d-deċiżjonijiet għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqhom.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.


9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 7 ta' Ottubru 2020 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri għal suq ferrovjarju sostenibbli fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 (00030/2020/LEX - C9-0315/2020 - 2020/0127(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fornituri Ewropej ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (00037/2020/LEX - C9-0311/2020 - 2018/0048(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (00036/2020/LEX - C9-0310/2020 - 2018/0047(COD)).


10. Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' ta' Mejju 2020 hija disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.


11. Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja

Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja (Artikoli 46 u 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data, l-1 ta' Ottubru 2020)

Kumitat LIBE

- L-istabbiliment ta' Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali [2020/2072(INI)]

(opinjoni: JURI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), AFCO)


12. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):

—    O-000058/2020 imressqa minn Lucia Ďuriš Nicholsonová, Cindy Franssen, Brando Benifei, Monica Semedo, Elena Lizzi, Kira Marie Peter-Hansen, Elżbieta Rafalska u Leila Chaibi, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kunsill: It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (B9-0018/2020);

—    O-000059/2020 imressqa minn Lucia Ďuriš Nicholsonová, Cindy Franssen, Brando Benifei, Monica Semedo, Elena Lizzi, Kira Marie Peter-Hansen, Elżbieta Rafalska u Leila Chaibi, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (B9-0019/2020).


13. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima) (COM(2020)0563 - C9-0299/2020 - 2020/0036(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ENVI

opinjoni :

ECON, EMPL, ITRE, TRAN, REGI, AGRI

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (COM(2020)0571 - C9-0301/2020 - 2020/0262(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

EMPL

opinjoni :

ENVI, JURI

- Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12294/2018 - C9-0302/2020 - 2018/0310(NLE))

irriferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

INTA

- Abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021: Pożizzjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2020 (11072/1/2020 - C9-0314/2020 - 2020/1998(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

AFET, DEVE, INTA, CONT, ECON, EMPL, ENVI, ITRE, IMCO, TRAN, REGI, AGRI, PECH, CULT, JURI, LIBE, AFCO, FEMM, PETI

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti

- Rapport dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE (2019/2167(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Ernest Urtasun (A9-0145/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (COM(2019)0619 - C9-0188/2019 - 2019/0272(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Giuseppe Ferrandino (A9-0149/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) (COM(2020)0451 - C9-0149/2020 - 2020/0101(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteurs: Andrey Novakov, Constanze Krehl (A9-0150/2020)

- Rapport dwar l-Istrateġija Ewropea għall-Foresti - It-Triq 'il Quddiem (2019/2157(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A9-0154/2020)

- Rapport dwar żvilupp ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU): titjib tal-aċċess għall-finanzjament fis-swieq kapitali, b'mod partikolari mill-SMEs, u żieda ulterjuri fil-parteċipazzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur (2020/2036(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Isabel Benjumea Benjumea (A9-0155/2020)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta' ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum "tradizzjonali" prodott f'Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f'Martinique u f'Réunion (COM(2020)0332 - C9-0217/2020 - 2020/0150(CNS)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0156/2020)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-taxxa AIEM applikabbli fil-Gżejjer Kanarji (COM(2020)0355 - C9-0280/2020 - 2020/0163(CNS)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0157/2020)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE dwar id-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperifiċi Franċiżi (COM(2020)0371 - C9-0281/2020 - 2020/0174(CNS)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0159/2020)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni – rapport annwali 2018 (2019/2197(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Jörgen Warborn (A9-0160/2020)

- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Finanzi Diġitali: riskji emerġenti relatati mal-kriptoassi - sfidi regolatorji u superviżorji fil-qasam tas-servizzi, l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji (2020/2034(INL)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Ondřej Kovařík (A9-0161/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (COM(2020)0080 - C9-0077/2020 - 2020/0036(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Jytte Guteland (A9-0162/2020)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 - Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) (10430/2020 - C9-0283/2020 - 2020/1999(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Monika Hohlmeier (A9-0163/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fl-Ukrajna fuq l-uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żerriegħa taċ-ċereali u l-ekwivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali prodotta fl-Ukrajna (COM(2020)0137 - C9-0100/2020 - 2020/0053(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Veronika Vrecionová (A9-0164/2020)

- Rapport dwar l-istabbiliment ta' Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (2020/2072(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Michal Šimečka (A9-0170/2020)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċedura tad-diżimpenn (COM(2020)0309 - C9-0202/2020 - 2020/0140(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Joachim Stanisław Brudziński (A9-0171/2020)

2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (06799/1/2020 - C9-0291/2020 - 2018/0047(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Caroline Nagtegaal (A9-0169/2020)

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv Ewropej għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (06800/1/2020 - C9-0292/2020 - 2018/0048(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Eugen Jurzyca (A9-0168/2020)


14. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Ottubru I 2020 (PE 658.540/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

Il-President ħabbar li kien irċieva tliet talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura) għall-adozzjoni tal-fajls li ġejjin matul din is-sessjoni parzjali:

—   Applikazzjoni tar-regoli dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja fi ħdan il-Kanal Ingliż [COM(2020)0623 - C9-0212/2020 - 2020/0161(COD)] - Kumitat TRAN (punt 78 tal-Abbozz tal-Aġenda);

—   Deċiżjoni li tagħti s-setgħa lil Franza biex tikkonkludi ftehim internazzjonali dwar il-Kanal Ingliż [COM(2020)0622 - C9-0211/2020 - 2020/0160(COD)] - Kumitat TRAN (punt 79 tal-Abbozz tal-Aġenda);

—   Produzzjoni organika: data tal-applikazzjoni u ċerti dati oħra [COM(2020)0483 - C9-0286/2020 - 2020/0231(COD)] - Kumitat AGRI (punt 80 tal-Abbozz tal-Aġenda).

Il-President ħabbar ukoll li dawn it-talbiet kienu se jitressqu għall-votazzjoni waqt is-sessjoni ta' votazzjoni tal-lum.

Barra minn hekk, il-President ħabbar li ma kienet tressqet l-ebda proposta ta' ċaħda u l-ebda emenda f'konformità mal-Artikoli 67 u 68 tar-Regoli ta' Proċedura rigward il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari li ġejja:

—   Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji (punt 42 tal-Abbozz tal-Aġenda);

—   Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (punt 43 tal-Abbozz tal-Aġenda).

L-atti proposti għandhom għalhekk jitqiesu li ġew adottati (P9_TA(2020)0243 u P9_TA(2020)0242).

Il-President fl-aħħar nett ħabbar li l-votazzjonijiet tqassmu matul is-sessjonijiet ta' votazzjoni differenti skont l-għadd ta' emendi mressqa u l-għadd ta' talbiet għal votazzjonijiet maqsuma u votazzjonijiet separati. L-informazzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-voti skont id-diversi sessjonijiet ta' votazzjoni se tkun disponibbli fis-sit internet tal-Parlament taħt “Informazzjoni u dokumenti prijoritarji”.

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President jipproponi l-modifika li ġejja għall-abbozz definittiv tal-aġenda:

L-Erbgħa

It-titolu tad-dibattitu dwar Il-bidu mill-ġdid tal-ostilitajiet bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan b'rabta mal-enklav tan-Nagorno-Karabakh (punt 91 tal-Abbozz tal-Aġenda) se jkun modifikat kif ġej: Il-bidu mill-ġdid tal-ostilitajiet bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan b'rabta mal-konflitt tan-Nagorno-Karabakh.

Il-Parlament qabel ma' dawn il-proposti.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Interventi ta': Sylvia Limmer u Robert Roos (Il-President iċċara xi punti).


15. L-istabbiliment ta' Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (dibattitu)

Rapport dwar l-istabbiliment ta' Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali [2020/2072(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Michal Šimečka (A9-0170/2020)

Michal Šimečka ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Tiemo Wölken (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI).

Interventi ta': Věra Jourová (Viċi President tal-Kummissjoni) u Didier Reynders (Membru tal-Kummissjoni).

PRESIDENZA: Klára DOBREV
Viċi President

Intervent ta': Domènec Ruiz Devesa (minflok ir-rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO).

PRESIDENZA: Dita CHARANZOVÁ
Viċi President

Interventi ta': Vladimír Bilčík f'isem il-Grupp PPE, Katarina Barley f'isem il-Grupp S&D, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp Renew, Nicolaus Fest f'isem il-Grupp ID, Sergey Lagodinsky f'isem il-Grupp Verts/ALE, Beata Kempa f'isem il-Grupp ECR, Nikolaj Villumsen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Laura Ferrara Membru mhux affiljata, Esteban González Pons, Juan Fernando López Aguilar, Maite Pagazaurtundúa, Gilles Lebreton, Sylwia Spurek, Patryk Jaki, Milan Uhrík, Paulo Rangel, Evin Incir, Anna Júlia Donáth, Filip De Man, Assita Kanko, Dorien Rookmaker, Kris Peeters, Klára Dobrev, Ioannis Lagos u Emil Radev.

Interventi ta': Věra Jourová, Didier Reynders u Michal Šimečka.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5 tal-Minuti tad-data 6.10.2020 (emendi); punt 6 tal-Minuti tad-data 7.10.2020 (votazzjoni finali).


16. Il-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt fil-qafas tal-QFP 2021-2027 u ta' Next Generation EU (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Il-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt fil-qafas tal-QFP 2021-2027 u ta' Next Generation EU (2020/2797(RSP))

Michael Roth (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni.

PRESIDENZA: Nicola BEER
Viċi President

Didier Reynders (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Petri Sarvamaa f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Moritz Körner f'isem il-Grupp Renew, Jérôme Rivière f'isem il-Grupp ID, Daniel Freund f'isem il-Grupp Verts/ALE, Bogdan Rzońca f'isem il-Grupp ECR, Silvia Modig f'isem il-Grupp GUE/NGL, Clara Ponsatí Obiols Membru mhux affiljata, Siegfried Mureşan, Eider Gardiazabal Rubial, Valérie Hayer, Peter Kofod, Alexandra Geese, Zbigniew Kuźmiuk, Sira Rego, Dorien Rookmaker, José Manuel Fernandes, Margarida Marques, Sophia in 't Veld, Vincenzo Sofo, Terry Reintke, Cristian Terheş u Markus Pieper.

(Kumplament tad-dibattitu: punt 18 tal-Minuti tal-5.10.2020)


17. Sessjoni ta' votazzjonijiet

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura):

—   Applikazzjoni tar-regoli dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja fi ħdan il-Kanal Ingliż ***I
[COM(2020)0623 - C9-0212/2020 - 2020/0161(COD)] - Kumitat TRAN;

—   Deċiżjoni li tagħti s-setgħa lil Franza biex tikkonkludi ftehim internazzjonali dwar il-Kanal Ingliż ***I
[COM(2020)0622 - C9-0211/2020 - 2020/0160(COD)] - Kumitat TRAN;

—   Produzzjoni organika: data tal-applikazzjoni u ċerti dati oħra***I
[COM(2020)0483 - C9-0286/2020 - 2020/0231(COD)] - Kumitat AGRI.

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni unika dwar:

—   Emenda tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċedura tad-diżimpenn ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċedura tad-diżimpenn [COM(2020)0309 - C9-0202/2020 - 2020/0140(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Joachim Stanisław Brudziński (A9-0171/2020);

—   Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique u Réunion: taxxi indiretti fuq ir-rum "tradizzjonali" *
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta' ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum "tradizzjonali" prodott f'Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f'Martinique u f'Réunion [COM(2020)0332 - C9-0217/2020- 2020/0150(CNS)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0156/2020);

—   It-taxxa AIEM fil-Gżejjer Kanarji *
Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-taxxa AIEM fil-Gżejjer Kanarji [COM(2020)0355 - C9-0280/2020 - 2020/0163(CNS)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0157/2020);

—   Estensjoni tad-dazji tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi *
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda il-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE li tikkonċerna l-estensjoni tad-dazji tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi [COM(2020)0371 - C9-0281/2020 - 2020/0174(CNS)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0159/2020);

—   Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 għall-baġit ġenerali 2020 Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 - Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) [10430/2020 - C9-0283/2020 - 2020/1999(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Monika Hohlmeier (A9-0163/2020).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sat-20.30.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada t-Tlieta, 6 ta' Ottubru 2020 fid-9.00.


18. Il-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt fil-qafas tal-QFP 2021-2027 u ta' Next Generation EU (tkomplija tad-dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Il-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt fil-qafas tal-QFP 2021-2027 u ta' Next Generation EU (2020/2797(RSP))

(Bidu tad-dibattitu: punt 16 tal-Minuti tal-5.10.2020)

Interventi ta': Birgit Sippel, Sandro Gozi, Teuvo Hakkarainen, Gwendoline Delbos-Corfield, Jadwiga Wiśniewska, Tamás Deutsch, Brando Benifei, Katalin Cseh, Tineke Strik, Jörgen Warborn u Dragoş Tudorache.

Intervent ta': Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).

PRESIDENZA: Othmar KARAS
Viċi President

Intervent ta': Michael Roth (President fil-kariga tal-Kunsill).

Id-dibattitu ngħalaq.

Il-President fakkar li minħabba d-disponibilità parzjali tal-interpreti ta' Malta u tal-Irlanda minħabba r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar, bejn it-20.00 u l-22.30 se tkun assigurata biss l-interpretazzjoni passiva tal-Malti u l-Irlandiż lejn il-lingwi l-oħrajn.


19. L-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-Bulgarija (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: L-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-Bulgarija (2020/2793(RSP))

Michael Roth (President fil-kariga tal-Kunsill), Věra Jourová (Viċi President tal-Kummissjoni) u Didier Reynders (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Grupp S&D, Ramona Strugariu f'isem il-Grupp Renew, u Daniel Freund f'isem il-Grupp Verts/ALE.

(Tkomplija tad-dibattitu:(Tkomplija tad-dibattitu: punt 21 tal-Minuti tal-5.10.2020)

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.06.)


20. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 20.16.


21. L-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-Bulgarija (tkomplija tad-dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: L-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-Bulgarija (2020/2793(RSP))

(Bidu tad-dibattitu: punt 19 tal-Minuti tal-5.10.2020)

Interventi ta': Angel Dzhambazki f'isem il-Grupp ECR, Clare Daly f'isem il-Grupp GUE/NGL, Andrey Kovatchev, Katarina Barley, Ilhan Kyuchyuk, Angel Dzhambazki dwar l-intervent preċedenti (il-President ħa nota ta' dawn il-kummenti), Gwendoline Delbos-Corfield, Roberta Metsola, Elena Yoncheva, François-Xavier Bellamy u Andrey Novakov.

Interventi ta': Věra Jourová (Viċi President tal-Kummissjoni), Didier Reynders (Membru tal-Kummissjoni) u Michael Roth (President fil-kariga tal-Kunsill).

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Juan Fernando López Aguilar, f'isem il-Kumitat LIBE, dwar l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-Bulgarija (2020/2793(RSP)) (B9-0309/2020).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 17 tal-Minuti tad-data 7.10.2020 (emendi); punt 12 tal-Minuti tad-data 8.10.2020 (votazzjoni finali).


22. Preżentazzjoni mill-Kunsill tal-pożizzjoni tiegħu rigward l-abboz ta' baġit ġenerali - is-sena finanzjarja 2021 (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kunsill: Preżentazzjoni mill-Kunsill tal-pożizzjoni tiegħu rigward l-abboz ta' baġit ġenerali - is-sena finanzjarja 2021 (2020/2697(RSP))

Bettina Hagedorn (President fil-kariga tal-Kunsill) għamlet id-dikjarazzjoni.

Intervent ta': Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).

PRESIDENZA: Marcel KOLAJA
Viċi President

Interventi ta': Pierre Larrouturou (rapporteur) u Olivier Chastel (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG).

Intervent ta': Bettina Hagedorn.

Id-dibattitu ngħalaq.

Il-President fakkar li minħabba d-disponibilità parzjali tal-interpreti ta' Malta u tal-Irlanda minħabba r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar, bejn it-20.00 u l-22.30 se tkun assigurata biss l-interpretazzjoni passiva tal-Malti u l-Irlandiż lejn il-lingwi l-oħrajn.


23. In-nisa fil-proċessi deċiżjonali fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, inkluża s-sitwazzjoni attwali tad-direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: In-nisa fil-proċessi deċiżjonali fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, inkluża s-sitwazzjoni attwali tad-direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati (2020/2808(RSP))

Michael Roth (President fil-kariga tal-Kunsill) u Helena Dalli (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Angelika Niebler f'isem il-Grupp PPE, Evelyn Regner f'isem il-Grupp S&D, Samira Rafaela f'isem il-Grupp Renew, Christine Anderson f'isem il-Grupp ID, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, Margarita de la Pisa Carrión f'isem il-Grupp ECR, Elena Kountoura f'isem il-Grupp GUE/NGL, Arba Kokalari, Lara Wolters, Monica Semedo, France Jamet, Heidi Hautala, Manon Aubry, Cindy Franssen, Maria Noichl, Rosa Estaràs Ferragut, Maria-Manuel Leitão-Marques, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Heléne Fritzon, Pernille Weiss u Marianne Vind.

Interventi ta': Helena Dalli u Michael Roth.

Id-dibattitu ngħalaq.


24. It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali O-000058/2020 mressqa minn Ďuriš Nicholsonová, Cindy Franssen, Brando Benifei, Monica Semedo, Elena Lizzi, Kira Marie Peter-Hansen, Elżbieta Rafalska u Leila Chaibi, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kunsill: It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (B9-0018/2020)

Mistoqsija bi tweġiba orali O-000059/2020 mressqa minn Lucia Ďuriš Nicholsonová, Cindy Franssen, Brando Benifei, Monica Semedo, Elena Lizzi, Kira Marie Peter-Hansen, Elżbieta Rafalska u Leila Chaibi, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (B9-0019/2020)

Lucia Ďuriš Nicholsonová daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.

Michael Roth (President fil-kariga tal-Kunsill) u Nicolas Schmit (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu l-mistoqsijiet.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Lucia Ďuriš Nicholsonová, f'isem il-Kumitat EMPL, dwar Garanzija għaż-Żgħażagħ (2020/2764(RSP)) (B9-0310/2020).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 10 tal-Minuti tad-data 8.10.2020.


25. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.

B'mod eċċezzjonali ġew aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot ta' tul massimu ta' 400 kelma.


26. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jinsabu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet”, anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament. Huma indikati għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma jbiddlu bl-ebda mod ir-riżultat tal-votazzjoni kif imħabbra fil-plenarja.

Id-dokument jiġi aġġornat regolarment tul perjodu massimu ta' ġimagħtejn wara s-sessjoni parzjali.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-lista tal-korrezzjonijiet għall-voti u tal-intenzjonijiet tal-vot tingħalaq sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.


27. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 658.540/OJMA).


28. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.30.

Klaus Welle

David Maria Sassoli

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Ademov Asim, Adinolfi Isabella, Adinolfi Matteo, Aguilar Mazaly, Aguilera Clara, Alexandrov Yordanov Alexander, Alfonsi François, Al-Sahlani Abir, Anderson Christine, Andresen Rasmus, Andrews Barry, Andrieu Eric, Androuët Mathilde, Androulakis Nikos, Angel Marc, Annemans Gerolf, Ansip Andrus, Ara-Kovács Attila, Arias Echeverría Pablo, Arłukowicz Bartosz, Arvanitis Konstantinos, Asimakopoulou Anna-Michelle, Aubry Manon, Auštrevičius Petras, Avram Carmen, Azmani Malik, Balt Marek Paweł, Bardella Jordan, Barley Katarina, Bartolo Pietro, Băsescu Traian, Basso Alessandra, Bauzá Díaz José Ramón, Bay Nicolas, Beck Gunnar, Beer Nicola, Beigneux Aurélia, Bellamy François-Xavier, Benifei Brando, Berendsen Tom, Berg Lars Patrick, Berger Stefan, Bergkvist Erik, Bernhuber Alexander, Biedroń Robert, Bielan Adam, Bijoux Stéphane, Bilbao Barandica Izaskun, Bilčík Vladimír, Bilde Dominique, Bischoff Gabriele, Blaga Vasile, Bloss Michael, Bocskor Andrea, Bogdan Ioan-Rareş, Bogovič Franc, Bonafè Simona, Borchia Paolo, Botenga Marc, Boyer Gilles, Brglez Milan, Brudziński Joachim Stanisław, Brunet Sylvie, Buda Daniel, Burkhardt Delara, Buxadé Villalba Jorge, Campomenosi Marco, Cañas Jordi, Canfin Pascal, Caroppo Andrea, Carvalhais Isabel, Caspary Daniel, Castaldo Fabio Massimo, del Castillo Vera Pilar, Ceccardi Susanna, Cerdas Sara, Chaibi Leila, Charanzová Dita, Chastel Olivier, Christensen Asger, Christoforou Lefteris, Comín i Oliveres Antoni, Corrao Ignazio, Cseh Katalin, Dalli Miriam, Dalunde Jakop G., Daly Clare, Danielsson Johan, Danjean Arnaud, Danti Nicola, Da Re Gianantonio, De Castro Paolo, Decerle Jérémy, Delbos-Corfield Gwendoline, Deli Andor, De Man Filip, Demirel Özlem, Deutsch Tamás, Dobrev Klára, Doleschal Christian, Donáth Anna Júlia, Donato Francesca, Dorfmann Herbert, Dreosto Marco, Durá Ferrandis Estrella, Durand Pascal, Ďuriš Nicholsonová Lucia, Dzhambazki Angel, Eppink Derk Jan, Eroglu Engin, Ertug Ismail, Estaràs Ferragut Rosa, Evi Eleonora, Evren Agnès, Falcă Gheorghe, Farreng Laurence, Federley Fredrick, Ferber Markus, Fernandes José Manuel, Fernández Jonás, Ferrandino Giuseppe, Ferrara Laura, Ferreira João, Fest Nicolaus, Flego Valter, Fotyga Anna, Fourlas Loucas, Fragkos Emmanouil, Franssen Cindy, Freund Daniel, Fritzon Heléne, Fuglsang Niels, Furore Mario, Gahler Michael, Gál Kinga, Gálvez Muñoz Lina, Gamon Claudia, García Del Blanco Ibán, García-Margallo y Marfil José Manuel, García Muñoz Isabel, Gardiazabal Rubial Eider, Garicano Luis, Gebhardt Evelyne, Geese Alexandra, Gemma Chiara, Georgiou Giorgos, Geuking Helmut, Ghinea Cristian, Giarrusso Dino, Glavak Sunčana, Goerens Charles, González Mónica Silvana, González Casares Nicolás, González Pons Esteban, Gozi Sandro, de Graaff Marcel, Grant Valentino, Grapini Maria, Gregorová Markéta, Griset Catherine, Grošelj Klemen, Grudler Christophe, Gruffat Claude, Gualmini Elisabetta, Guetta Bernard, Guillaume Sylvie, Gusmão José, Guteland Jytte, Gyöngyösi Márton, Győri Enikő, Haider Roman, Hajšel Robert, Hakkarainen Teuvo, Hansen Christophe, Häusling Martin, Hautala Heidi, Hava Mircea-Gheorghe, Hayer Valérie, Heide Hannes, Heinäluoma Eero, Herzberger-Fofana Pierrette, Hetman Krzysztof, Hidvéghi Balázs, Hlaváček Martin, Holmgren Pär, Hölvényi György, Homs Ginel Alicia, Hortefeux Brice, Hristov Ivo, Hübner Danuta Maria, Huhtasaari Laura, Huitema Jan, Incir Evin, in 't Veld Sophia, Jahr Peter, Jakeliūnas Stasys, Jaki Patryk, Jalkh Jean-François, Jamet France, Járóka Lívia, Jarubas Adam, Jurgiel Krzysztof, Jurzyca Eugen, Kaili Eva, Kalinowski Jarosław, Kaljurand Marina, Kanev Radan, Kanko Assita, Karas Othmar, Karlsbro Karin, Karski Karol, Kefalogiannis Manolis, Kelleher Billy, Kempa Beata, Kizilyürek Niyazi, Kloc Izabela-Helena, Knotek Ondřej, Kofod Peter, Kohut Łukasz, Kokalari Arba, Kolaja Marcel, Kolakušić Mislav, Konečná Kateřina, Konstantinou Athanasios, Kopacz Ewa, Kopcińska Joanna, Körner Moritz, Kósa Ádám, Kountoura Elena, Kovařík Ondřej, Kovatchev Andrey, Krah Maximilian, Krasnodębski Zdzisław, Krehl Constanze, Kruk Elżbieta, Kuhnke Alice, Kuhs Joachim, Kumpula-Natri Miapetra, Kuźmiuk Zbigniew, Kympouropoulos Stelios, Kyrtsos Georgios, Kyuchyuk Ilhan, Lacapelle Jean-Lin, Lagodinsky Sergey, Lagos Ioannis, Lange Bernd, de Lange Esther, Larrouturou Pierre, Lebreton Gilles, Leitão-Marques Maria-Manuel, Lenaers Jeroen, Lexmann Miriam, Liberadzki Bogusław, Liese Peter, Limmer Sylvia, Lizzi Elena, López Javi, López Aguilar Juan Fernando, López Gil Leopoldo, López-Istúriz White Antonio, Luena César, Łukacijewska Elżbieta Katarzyna, Lutgen Benoît, McAllister David, McGuinness Mairead, MacManus Chris, Madison Jaak, Maestre Martín De Almagro Cristina, Maldeikienė Aušra, Maldonado López Adriana, Manders Antonius, Mandl Lukas, Mariani Thierry, Marques Margarida, Marques Pedro, Martusciello Fulvio, Matias Marisa, Matić Predrag Fred, Mato Gabriel, Mavrides Costas, Maydell Eva, Mayer Georg, Mazurek Beata, Mebarek Nora, Melbārde Dace, Mélin Joëlle, Metsola Roberta, Meuthen Jörg, Michels Martina, Mihaylova Iskra, Milazzo Giuseppe, Millán Mon Francisco José, Miller Leszek, Modig Silvia, Molnár Csaba, Montserrat Dolors, Morano Nadine, Moreno Sánchez Javier, Moretti Alessandra, Mortler Marlene, Możdżanowska Andżelika Anna, Müller Ulrike, Nagtegaal Caroline, Nart Javier, Negrescu Victor, Neumann Hannah, Neuser Norbert, Niebler Angelika, Noichl Maria, Novak Ljudmila, Novakov Andrey, Oetjen Jan-Christoph, Olivier Philippe, O'Sullivan Grace, Paet Urmas, Pagazaurtundúa Maite, Panza Alessandro, Papadakis Demetris, Papadakis Kostas, Paulus Jutta, Pedicini Piernicola, Peeters Kris, Pelletier Anne-Sophie, Penkova Tsvetelina, Peter-Hansen Kira Marie, Picierno Pina, Picula Tonino, Pieper Markus, Pignedoli Sabrina, Pirbakas Maxette, de la Pisa Carrión Margarita, Pîslaru Dragoş, Pizarro Manuel, Polfjärd Jessica, Pollák Peter, Ponsatí Obiols Clara, Poręba Tomasz Piotr, Puigdemont i Casamajó Carles, Radev Emil, Rafaela Samira, Rafalska Elżbieta, Rangel Paulo, Regner Evelyn, Rego Sira, Reil Guido, Reintke Terry, Riba i Giner Diana, Ries Frédérique, Rinaldi Antonio Maria, Ripa Manuela, Riquet Dominique, Rivière Jérôme, Roberti Franco, Rodríguez-Piñero Inma, Rónai Sándor, Rondinelli Daniela, Rooken Rob, Rookmaker Dorien, Roos Robert, Roose Caroline, Ros Sempere Marcos, Ruiz Devesa Domènec, Rzońca Bogdan, Sagartz Christian, Salini Massimiliano, Sánchez Amor Nacho, Santos Isabel, Sardone Silvia, Sarvamaa Petri, Saryusz-Wolski Jacek, Satouri Mounir, Schaldemose Christel, Schieder Andreas, Scholz Helmut, Schreinemacher Liesje, Schuster Joachim, Schwab Andreas, Seekatz Ralf, Semedo Monica, Semsrott Nico, Sidl Günther, Silva Pereira Pedro, Šimečka Michal, Sinčić Ivan Vilibor, Sippel Birgit, Skyttedal Sara, Sofo Vincenzo, Šojdrová Michaela, Sokol Tomislav, Solís Pérez Susana, Spurek Sylwia, Spyraki Maria, Stancanelli Raffaele, Stanishev Sergei, Štefanec Ivan, Ştefănuță Nicolae, Strik Tineke, Strugariu Ramona, Szájer József, Tajani Antonio, Tarabella Marc, Tarczyński Dominik, Terheş Cristian, Terras Riho, Tertsch Hermann, Tobé Tomas, Tobiszowski Grzegorz, Tomac Eugen, Tomc Romana, Toom Yana, Tóth Edina, Tudorache Dragoş, Uhrík Milan, Urbán Crespo Miguel, Urtasun Ernest, Ušakovs Nils, Van Brempt Kathleen, Vandendriessche Tom, Vautmans Hilde, Vedrenne Marie-Pierre, Verhofstadt Guy, Villanueva Ruiz Idoia, Villumsen Nikolaj, Vincze Loránt, Vind Marianne, Vitanov Petar, Vollath Bettina, Voss Axel, Vozemberg-Vrionidi Elissavet, Vuolo Lucia, Waitz Thomas, Wallace Mick, Walsh Maria, Warborn Jörgen, Waszczykowski Witold Jan, Weimers Charlie, Weiss Pernille, Wieland Rainer, Wiezik Michal, Winkler Iuliu, Wiseler-Lima Isabel, Wiśniewska Jadwiga, Wölken Tiemo, Wolters Lara, Yenbou Salima, Yon-Courtin Stéphanie, Yoncheva Elena, Zacharopoulou Chrysoula, Zagorakis Theodoros, Zalewska Anna, Zambelli Stefania, Ždanoka Tatjana, Zdechovský Tomáš, Zimniok Bernhard, Złotowski Kosma, Zoido Álvarez Juan Ignacio, Zorrinho Carlos, Zovko Željana

Skużati:

Beňová Monika, Rougé André

Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza