Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 13k
L-Erbgħa, 7 ta' Ottubru 2020 - Brussell

17. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Intervent ta': Jytte Guteland (rapporteur) biex titlob li, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-mistoqsija tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali u, fil-każ li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jkollux il-maġġoranza tal-voti, biex tiġi rieżaminata: Liġi Ewropea dwar il-Klima (A9-0162/2020).

Din it-talba se titressaq għal votazzjoni wara l-votazzjoni finali fuq il-proposta tal-Kummissjoni.

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:

—   Liġi Ewropea dwar il-Klima ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") [COM(2020)0080 – C9-0077/2020 – 2020/0036(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Jytte Guteland (A9-0162/2020);

—   L-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fl-Ukrajna fuq l-uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żerriegħa taċ-ċereali u l-ekwivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali prodotta fl-Ukrajna ***I
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fl-Ukrajna fuq l-uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żerriegħa taċ-ċereali u l-ekwivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali prodotta fl-Ukrajna [COM(2020)0137 - C9-0100/2020 - 2020/0053(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Veronika Vrecionová (A9-0164/2020);

—   Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112(2) u (3) u (4)(c): L-ispeċifikazzjonijiet għad-diossidu tat-titanju (E 171)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 112(2) u (3), u l-Artikolu 112(4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għad-diossidu tat-titanju (E 171) (D066794/04 - 2020/2795(RPS)) (B9-0308/2020) - Kumitat ENVI. Membri responsabbli: Michèle Rivasi, Eric Andrieu, Eleonora Evi, Joëlle Mélin, Ljudmila Novak u Mick Wallace;

—   Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112(2) u (3) u (4)(c): Il-livelli massimi tal-akrilammid f’ċerti oġġetti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 112(2) u (3), u l-Artikolu 112(4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' akrilammid f'ċerti oġġetti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar (D067815/03 - 2020/2735(RPS)) (B9-0311/2020) - Kumitat ENVI. Membri responsabbli: Jutta Paulus, Christel Schaldemose, Martin Hojsík, Eleonora Evi, Sirpa Pietikäinen u Mick Wallace;

—   L-Istrateġija Ewropea għall-Foresti - It-Triq 'il Quddiem
Rapport dwar l-Istrateġija Ewropea għall-Foresti - It-Triq 'il Quddiem [2019/2157(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A9-0154/2020).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet tal-emendi għal:

—   Applikazzjoni tar-regoli dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja fi ħdan il-Kanal Ingliż ***I
[COM(2020)0623 - C9-0212/2020 - 2020/0161(COD)] - Kumitat TRAN;

—   Deċiżjoni li tagħti s-setgħa lil Franza biex tikkonkludi ftehim internazzjonali dwar il-Kanal Ingliż ***I
[COM(2020)0622 - C9-0211/2020 - 2020/0160(COD)] - Kumitat TRAN;

—   L-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-Bulgarija
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0309/2020;

—   Finanzi Diġitali: riskji emerġenti relatati mal-kriptoassi - sfidi regolatorji u superviżorji fil-qasam tas-servizzi, l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji
Rapport bir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Finanzi Diġitali: riskji emerġenti relatati mal-kriptoassi - sfidi regolatorji u superviżorji fil-qasam tas-servizzi, l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji [2020/2034(INL)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Ondřej Kovařík (A9-0161/2020);

—   Żvilupp ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU): titjib tal-aċċess għall-finanzjament fis-swieq kapitali, b'mod partikolari mill-SMEs, u żieda ulterjuri fil-parteċipazzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur
Rapport dwar żvilupp ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU): titjib tal-aċċess għall-finanzjament fis-swieq kapitali, b'mod partikolari mill-SMEs, u żieda ulterjuri fil-parteċipazzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur [2020/2036(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Isabel Benjumea Benjumea (A9-0155/2020).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sas-18.30.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada l-Ħamis 8 ta' Ottubru 2020 fit-08.30.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza