Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 8k
Il-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2020 - Brussell

12. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:

—   L-Eritrea, il-każ ta' Dawitt Isaak
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0312/2020;

—   Il-Liġi dwar l-"Aġenti Barranin" fin-Nikaragwa
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0317/2020;

—   Is-sitwazzjoni tal-migranti Etjopjani fiċ-ċentri tad-detenzjoni fl-Arabja Sawdija
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0325/2020;

—   Applikazzjoni tar-regoli dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja fi ħdan il-Kanal Ingliż ***I
[COM(2020)0623 - C9-0212/2020 - 2020/0161(COD)] - Kumitat TRAN;

—    Deċiżjoni li tagħti s-setgħa lil Franza biex tikkonkludi ftehim internazzjonali dwar il-Kanal Ingliż ***I
[COM(2020)0622 - C9-0211/2020 - 2020/0160(COD)] - Kumitat TRAN;

—   Produzzjoni organika: data tal-applikazzjoni u ċerti dati oħra ***I
[COM(2020)0483 - C9-0286/2020 - 2020/0231(COD)] - Kumitat AGRI;

—   L-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-Bulgarija
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0309/2020;

—   Finanzi Diġitali: riskji emerġenti relatati mal-kriptoassi - sfidi regolatorji u superviżorji fil-qasam tas-servizzi, l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji
Rapport bir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Finanzi Diġitali: riskji emerġenti relatati mal-kriptoassi - sfidi regolatorji u superviżorji fil-qasam tas-servizzi, l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji [2020/2034(INL)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Ondřej Kovařík (A9-0161/2020);

—   Żvilupp ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU): titjib tal-aċċess għall-finanzjament fis-swieq kapitali, b'mod partikolari mill-SMEs, u żieda ulterjuri fil-parteċipazzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur
Rapport dwar żvilupp ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU): titjib tal-aċċess għall-finanzjament fis-swieq kapitali, b'mod partikolari mill-SMEs, u żieda ulterjuri fil-parteċipazzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur [2020/2036(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Isabel Benjumea Benjumea (A9-0155/2020);

—   It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0310/2020.

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sa 14.15.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 16.30.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.01.)

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza