9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 21 ta' Ottubru 2020 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 (00033/2020/LEX - C9-0328/2020 - 2018/0322(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/798, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sikurezza ferrovjarja u l-interoperabbiltà ferrovjarja fiċ-Channel Fixed Link (00032/2020/LEX - C9-0325/2020 - 2020/0161(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 514/2014 fir-rigward tal-proċedura tad-diżimpenn (00035/2020/LEX - C9-0324/2020 - 2020/0140(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fl-Ukrajna fuq l-uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żerriegħa taċ-ċereali u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali prodotta fl-Ukrajna (00038/2020/LEX - C9-0323/2020 - 2020/0053(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti s-setgħa lil Franza biex tinnegozja, tiffirma u tikkonkludi ftehim internazzjonali li jissupplimenta t-Trattat bejn Franza u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-Bini u t-Tħaddim minn Konċessjonarji Privati ta' Channel Fixed Link (00031/2020/LEX - C9-0322/2020 - 2020/0160(COD)).