Il-President informa li, waqt il-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti tas-6 u l-15 ta' Ottubru 2020, iddeċieda, bi qbil mal-Presidenti tal-Gruppi politiċi, minħabba s-sitwazzjoni relatata mal-COVID-19 u sabiex il-Parlament ikun jista' jeżerċita l-funzjonijiet essenzjali tiegħu u jipproċedi bil-votazzjonijiet dwar dossiers importanti:
— li jestendi dan il-perjodu ta' sessjoni sal-Ġimgħa 23 ta' Ottubru 2020;
— li jestendi l-perjodu ta' sessjoni ta' Novembru I sal-Ġimgħa 13 ta' Novembru 2020.
Il-kalendarju proviżorju rivedut għall-2020 huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.