Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):
— O-000049/2020 imressqa minn Juan Fernando López Aguilar, f'isem il- Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Obbligi fil-qasam tar-reċiproċità tal-viża skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1806 (B9-0022/2020);
— O-000052/2020 imressqa minn Sabine Verheyen, f'isem il- Kumitat CULT, lill-Kunsill: Il-futur tal-edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-COVID-19 (B9-0020/2020);
— O-000053/2020 imressqa minn Sabine Verheyen, f'isem il- Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: Il-futur tal-edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-COVID-19 (B9-0021/2020).