Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ħamis 8 ta' Ottubru 2020 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.02.
3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Il-President għamel dikjarazzjoni dwar il-qtil, fis-16 ta' Ottubru 2020 f'Conflans Sainte-Honorine (Franza), ta' Samuel Paty, għalliem tal-istorja u l-ġeografija, minn terrorista Iżlamista.
Huwa insista fuq ir-rwol essenzjali tal-edukazzjoni fil-ġlieda kontra t-terrur, u sellem lill-familja u l-qraba ta' Samuel Paty u l-għalliema kollha, fi Franza u fi bnadi oħra.
Il-Parlament osserva minuta ta' silenzju biex ifakkar lil Samuel Paty, lill-vittmi kollha tat-terroriżmu u lil kull min jiġġieled kontrih kuljum permezz ta' xogħlu, l-impenn u l-eżempju tiegħu.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
Il-Minuti tas-seduti tad-dati tal-5 ta' Ottubru 2020, tas-6 ta' Ottubru 2020, tas-7 ta' Ottubru 2020 u tat-8 ta' Ottubru 2020 ġew approvati.
5. Kompożizzjoni tal-Parlament
Mairead McGuinness inħatret Membru tal-Kummissjoni Ewropea b'effett mit-12 ta' ottubru 2020.
Il-Parlament ħa nota li, bi qbil mal-Artikolu 7(1), tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, din il-kariga hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u, bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tagħha, b'effett mit-12 ta' Ottubru 2020.
⁂
L-awtoritajiet kompetenti Belġjani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Sara Matthieu minflok Petra de Sutter bħala Membru tal-Parlament, b'effett mit-8 ta' Ottubru 2020.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħha.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Sara Matthieu tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tkun għamlet id-dikjarazzjoni li ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
6. Talba għat-tneħħija tal-immunità
L-awtoritajiet kompetenti Griegi ppreżentaw talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ioannis Lagos sabiex jibdew proċedimenti kriminali kontrih.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
7. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mingħand il-Grupp Verts/ALE id-deċiżjonijiet li ġejjin li jemendaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Kumitat INTA: Sara Matthieu minflok Anna Cavazzini
Kumitat IMCO: Anna Cavazzini
Kumitat Speċjali għall-Ġlieda kontra l-Kanċer: Manuela Ripa
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Asja tan-Nofsinhar: Sara Matthieu
Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.
8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar, f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, id-deċiżjonijiet tal-Kumitati TRAN u BUDG/ECON li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapporti li ġejjin:
— Kumitat TRAN: Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021) (COM(2020)0078 – C9-0076/2020 – 2020/0035(COD)). Rapporteur: Anna Deparnay-Grunenberg (A9-0191/2020);
— Kumitati BUDG/ECON: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilità ta' self tas-settur publiku skont il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta (COM(2020)0453 – C9-0153/2020 – 2020/0100(COD)). Rapporteurs: Henrike Hahn u Johan Van Overtveldt (A9-0195/2020).
F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, it-Tlieta 20 ta' Ottubru 2020, li d-deċiżjonijiet għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqhom.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 21 ta' Ottubru 2020 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 (00033/2020/LEX - C9-0328/2020 - 2018/0322(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/798, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sikurezza ferrovjarja u l-interoperabbiltà ferrovjarja fiċ-Channel Fixed Link (00032/2020/LEX - C9-0325/2020 - 2020/0161(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 514/2014 fir-rigward tal-proċedura tad-diżimpenn (00035/2020/LEX - C9-0324/2020 - 2020/0140(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fl-Ukrajna fuq l-uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żerriegħa taċ-ċereali u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali prodotta fl-Ukrajna (00038/2020/LEX - C9-0323/2020 - 2020/0053(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti s-setgħa lil Franza biex tinnegozja, tiffirma u tikkonkludi ftehim internazzjonali li jissupplimenta t-Trattat bejn Franza u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-Bini u t-Tħaddim minn Konċessjonarji Privati ta' Channel Fixed Link (00031/2020/LEX - C9-0322/2020 - 2020/0160(COD)).
10. Kalendarju tas-sessjonijiet
Il-President informa li, waqt il-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti tas-6 u l-15 ta' Ottubru 2020, iddeċieda, bi qbil mal-Presidenti tal-Gruppi politiċi, minħabba s-sitwazzjoni relatata mal-COVID-19 u sabiex il-Parlament ikun jista' jeżerċita l-funzjonijiet essenzjali tiegħu u jipproċedi bil-votazzjonijiet dwar dossiers importanti:
— li jestendi dan il-perjodu ta' sessjoni sal-Ġimgħa 23 ta' Ottubru 2020;
— li jestendi l-perjodu ta' sessjoni ta' Novembru I sal-Ġimgħa 13 ta' Novembru 2020.
Il-kalendarju proviżorju rivedut għall-2020 huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.
11. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Ġunju 2020 u Lulju I 2020 huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.
12. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):
— O-000049/2020 imressqa minn Juan Fernando López Aguilar, f'isem il- Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Obbligi fil-qasam tar-reċiproċità tal-viża skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1806 (B9-0022/2020);
— O-000052/2020 imressqa minn Sabine Verheyen, f'isem il- Kumitat CULT, lill-Kunsill: Il-futur tal-edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-COVID-19 (B9-0020/2020);
— O-000053/2020 imressqa minn Sabine Verheyen, f'isem il- Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: Il-futur tal-edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-COVID-19 (B9-0021/2020).
13. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (COM(2020)0642 - C9-0321/2020 - 2020/0289(COD)) F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ENVI
opinjoni :
JURI, LIBE
- Ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (N9-0055/2020 - C9-0331/2020 - 2020/0805(NLE))
irriferut
responsabbli :
ECON
2) mill-kumitati parlamentari
- Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rigward l-implimentazzjoni u l-governanza tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) (2020/2080(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Radosław Sikorski (A9-0165/2020)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mar-Repubblika tal-Moldova (2019/2201(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Dragoş Tudorache (A9-0166/2020)
- Rapport fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-relazzjonijiet mal-Belarussja (2020/2081(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Petras Auštrevičius (A9-0167/2020)
- Rapport dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-kwistjonijiet li jinħolqu rigward id-drittijiet fundamentali (2020/2022(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Kris Peeters (A9-0172/2020)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-indirizzar tal-kriżi tal-COVID-19 (COM(2020)0223 - C9-0151/2020 - 2020/0105(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Lucia Ďuriš Nicholsonová (A9-0174/2020)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (COM(2020)0135 - C9-0099/2020 - 2020/0051(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Emmanuel Maurel (A9-0175/2020)
- Rapport dwar drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali (2020/2015(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Stéphane Séjourné (A9-0176/2020)
- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Att dwar is-Servizzi Diġitali: adattament tar-regoli tad-dritt kummerċjali u ċivili għall-entitajiet kummerċjali li joperaw online (2020/2019(INL)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tiemo Wölken (A9-0177/2020)
- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar reġim ta' responsabbiltà ċivili għall-intelliġenza artifiċjali (2020/2014(INL)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Axel Voss (A9-0178/2020)
- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni globali li l-UE hija responsabbli għaliha (2020/2006(INL)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Delara Burkhardt (A9-0179/2020)
- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali: Titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku (2020/2018(INL)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Alex Agius Saliba (A9-0181/2020)
- Rapport dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali taż-żona tal-euro fl-2020 (2020/2079(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Klára Dobrev (A9-0183/2020)
- Rapport b'rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati (2020/2012(INL)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Ibán García Del Blanco (A9-0186/2020)
- It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 2019/2060(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Tomáš Zdechovský (A9-0188/2020)
- It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima II – Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew 2019/2057(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Tomáš Zdechovský (A9-0189/2020)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi dwar vetturi ta' tmiem is-serje tal-kategorija L b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020)0491 - C9-0285/2020 - 2020/0251(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Maria Grapini (A9-0190/2020)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni minn Spanja (EGF/2020/001 ES/Is-setturi anċillari għall-bini tal-vapuri fil-Galicia) (COM(2020)0485 - C9-0294/2020 - 2020/1996(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Valérie Hayer (A9-0192/2020)
- Rapport dwar il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro 2020 (2020/2078(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Joachim Schuster (A9-0193/2020)
14. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Ottubru II 2020 (PE 659.661/PDOJ) tqassam, u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):
Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona dawn il-bidliet li ġejjin fl-abbozz definittiv tal-aġenda:
Il-Ġimgħa
It-tieni sessjoni ta' votazzjoni se tkun miftuħa mis-13.15 sas-14.30.
Ir-riżultati tat-tieni sessjoni ta' votazzjoni se jitħabbru fil-17.00.
Se tiżded it-tielet sessjoni ta' votazzjoni, u se tkun miftuħa mis-18.00 sas-19.15.
Ir-riżultati tat-tielet sessjoni ta' votazzjoni se jitħabbru fid-21.30.
Il-President fl-aħħar ħabbar li l-votazzjonijiet tqassmu f'sessjonijiet ta' votazzjoni differenti skont in-numru ta' emendi. L-informazzjoni dwar it-tqassim tal-votazzjoniijet fis-sessjonijiet ta' votazzjoni differenti se tkun disponibbli fis-sit tal-internet tal-Parlament, fit-taqsima "Informazzjoni u dokumenti prijoritarji". Dan it-tqassim tal-votazzjonijiet jista' jerġa' jkun soġġett għal bidliet, skont in-numru finali ta' emendi u n-numru ta' talbiet għal votazzjonijiet maqsuma u votazzjonijiet separati.
Il-Parlament approva dawn il-proposti.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
⁂
Il-President fakkar li minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija ttieħdu miżuri ġodda sabiex jiġi limitat il-kontaġju filwaqt li tkompli l-attività tal-Parlament. Il-President esprima d-dispjaċir tiegħu li l-Parlament ma setax jirritorna Strasburgu u li kellu jillimita l-presenza tal-Membri fil-plenarja minħabba li l-kriżi sanitarja li laqtet ukoll lill-Belġju qed taggrava. Barra minn hekk, il-Membri preżenti fl-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fid-dibattiti mill-uffiċċji ta' kollegament ta' dawk l-Istati Membri. Hu rringrazzja l-gruppi politiċi kollha talli adottaw dawn il-miżuri li jippermettu lill-Parlament li jżomm ħajja d-demokrazija Ewropea.
PRESIDENZA: Klára DOBREV Viċi President
15. Att dwar is-Servizzi Diġitali: Titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku - Att dwar is-Servizzi Diġitali: adattament tar-regoli tad-dritt kummerċjali u ċivili għall-entitajiet kummerċjali li joperaw online - L-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-kwistjonijiet li jinħolqu rigward id-drittijiet fundamentali - Qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati - Reġim ta' responsabbiltà ċivili għall-intelliġenza artifiċjali - Drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali (dibattitu)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali: Titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku [2020/2018(INL)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Alex Agius Saliba (A9-0181/2020)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali: adattament tar-regoli tad-dritt kummerċjali u ċivili għall-entitajiet kummerċjali li joperaw online [2020/2019(INL)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tiemo Wölken (A9-0177/2020)
Rapport dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-kwistjonijiet li jinħolqu rigward id-drittijiet fundamentali [2020/2022(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Kris Peeters (A9-0172/2020)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati [2020/2012(INL)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Ibán García Del Blanco (A9-0186/2020)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar reġim ta' responsabbiltà ċivili għall-intelliġenza artifiċjali [2020/2014(INL)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Axel Voss (A9-0178/2020)
Rapport dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali [2020/2015(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Stéphane Séjourné (A9-0176/2020)
Alex Agius Saliba, Tiemo Wölken, Kris Peeters, Marcos Ros Sempere (flok ir-rapporteur Ibán García Del Blanco), Stéphane Séjourné u Axel Voss ippreżentaw ir-rapport.
Interventi ta': Dita Charanzová (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Alexandra Geese (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Josianne Cutajar (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Izaskun Bilbao Barandica (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Petra Kammerevert (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Patrick Breyer (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Assita Kanko (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE) u Marina Kaljurand (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE).
Intervent ta': Margrethe Vestager (Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Lina Gálvez Muñoz (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Adam Bielan (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Svenja Hahn (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Cláudia Monteiro de Aguiar (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Andor Deli (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Łukasz Kohut (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Pablo Arias Echeverría f'isem il-Grupp PPE, Christel Schaldemose f'isem il-Grupp S&D, Karen Melchior f'isem il-Grupp Renew, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ID, Sergey Lagodinsky f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Kosma Złotowski f'isem il-Grupp ECR
PRESIDENZA: Pedro SILVA PEREIRA Viċi President
Interventi ta': Emmanuel Maurel f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sabrina Pignedoli Membru mhux affiljata, Geoffroy Didier, Sylvie Guillaume, Liesje Schreinemacher, Alessandra Basso, Marcel Kolaja, Eugen Jurzyca, Kateřina Konečná, Clara Ponsatí Obiols, Andreas Schwab, Maria-Manuel Leitão-Marques, Moritz Körner, Christine Anderson, Kim Van Sparrentak, Geert Bourgeois, Sandra Pereira u Lefteris Nikolaou-Alavanos.
— Emenda tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi dwar vetturi ta' tmiem is-serje tal-kategorija L b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi dwar vetturi ta' tmiem is-serje tal-kategorija L b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 [COM(2020)0491 - C9-0285/2020 - 2020/0251(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Maria Grapini (A9-0190/2020);
— Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - EGF/2020/001 ES/Is-setturi anċillari għall-bini tal-vapuri fil-Galicia - Spanja Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni minn Spanja - EFG/2020/001 ES/Is-setturi anċillari għall-bini tal-vapuri fil-Galicia [COM(2020)0485 - C9-0294/2020 - 2020/1996(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Valérie Hayer (A9-0192/2020).
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-kwittanza għas-sena 2018:
— Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2019/2060(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Tomáš Zdechovský (A9-0188/2020) Il-votazzjoni dwar l-ewwel rapport (A9-0078/2020) saret fit-13 ta' Mejju 2020 (punt 20 tal-Minuti tad-data 13.5.2020);
— Kwittanza 2018: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill [2019/2057(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Tomáš Zdechovský (A9-0189/2020) Il-votazzjoni dwar l-ewwel rapport (A9-0038/2020) saret fit-13 ta' Mejju 2020 (punt 20 tal-Minuti tad-data 13.5.2020).
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sat-20h30.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada t-Tlieta 20 ta' Ottubru 2020 fid-09.00.
17. Kompożizzjoni tal-Parlament
Miriam Dalli kkomunikat in-nomina tagħha bħala Membru tal-parlament nazzjonali b'effett mid-19 ta' Ottubru 2020.
Il-Parlament jieħu nota u jiddikjara l-vakanza tas-siġġu tiegħu b'effett mid-data 19 ta' Ottubru 2020, skont l-Artikolu 7(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett u l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura.
18. Att dwar is-Servizzi Diġitali: Titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku - Att dwar is-Servizzi Diġitali: adattament tar-regoli tad-dritt kummerċjali u ċivili għall-entitajiet kummerċjali li joperaw online - L-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-kwistjonijiet li jinħolqu rigward id-drittijiet fundamentali - Qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati - Reġim ta' responsabbiltà ċivili għall-intelliġenza artifiċjali - Drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali (tkomplija tad-dibattitu)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali: Titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku [2020/2018(INL)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Alex Agius Saliba (A9-0181/2020)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali: adattament tar-regoli tad-dritt kummerċjali u ċivili għall-entitajiet kummerċjali li joperaw online [2020/2019(INL)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tiemo Wölken (A9-0177/2020)
Rapport dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-kwistjonijiet li jinħolqu rigward id-drittijiet fundamentali [2020/2022(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Kris Peeters (A9-0172/2020)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati [2020/2012(INL)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Ibán García Del Blanco (A9-0186/2020)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar reġim ta' responsabbiltà ċivili għall-intelliġenza artifiċjali [2020/2014(INL)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Axel Voss (A9-0178/2020)
Rapport dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali [2020/2015(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Stéphane Séjourné (A9-0176/2020)
Interventi ta': Edina Tóth, Eva Kaili, Irena Joveva, Jean-Lin Lacapelle, Gwendoline Delbos-Corfield, Joachim Stanisław Brudziński, Tomasz Frankowski, Evelyne Gebhardt, Sandro Gozi, Gunnar Beck, Dace Melbārde, Pilar del Castillo Vera, Adriana Maldonado López, Maximilian Krah, Robert Roos u Henna Virkkunen.
PRESIDENZA: Marcel KOLAJA Viċi President
Interventi ta': Brando Benifei, Jadwiga Wiśniewska, Ivan Štefanec, Javier Zarzalejos, Arba Kokalari, Antonius Manders u Tomislav Sokol.
Interventi ta': Alex Agius Saliba, Tiemo Wölken, Kris Peeters, Axel Voss u Margrethe Vestager (Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni).
19. Il-futur tal-edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-COVID-19 (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000052/2020) imressqa minn Sabine Verheyen, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kunsill: Il-futur tal-edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-COVID-19 (B9-0020/2020)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000053/2020) imressqa minn Sabine Verheyen, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: Il-futur tal-edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-COVID-19 (B9-0021/2020)
Victor Negrescu (awtur supplenti) daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.
Michael Roth (President fil-kariga tal-Kunsill) u Ylva Johansson (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu l-mistoqsijiet.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Sabine Verheyen, f'isem il-Kumitat CULT, dwar il-futur tal-edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-COVID-19 (2020/2760(RSP)) (B9-0338/2020).
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000049/2020) imressqa minn Juan Fernando López Aguilar, f'isem il- Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Obbligi fil-qasam tar-reċiproċità tal-viża skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1806 (B9-0022/2020)
Juan Fernando López Aguilar daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Ylva Johansson (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Juan Fernando López Aguilar, f'isem il-Kumitat LIBE, dwar l-obbligi tal-Kummissjoni fil-qasam tar-reċiproċità tal-viżi b'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1806 (2020/2605(RSP)) (B9-0339/2020).
21. Rakkomandazzjoni lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rigward l-implimentazzjoni u l-governanza tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropewu lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rigward l-implimentazzjoni u l-governanza tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) [2020/2080(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Radosław Sikorski (A9-0165/2020)
Radosław Sikorski għamel il-preżentazzjoni.
Intervent ta': Josep Borrell Fontelles (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).
22. Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mar-Repubblika tal-Moldova (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mar-Repubblika tal-Moldova [2019/2201(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Dragoş Tudorache (A9-0166/2020)
Dragoş Tudorache għamel il-preżentazzjoni.
Intervent ta': Josep Borrell Fontelles (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.
B'mod eċċezzjonali ġew aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot ta' tul massimu ta' 400 kelma.
24. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jinsabu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet”, anness mal-minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament. Huma indikati għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma jbiddlu bl-ebda mod ir-riżultat tal-votazzjoni kif imħabba fil-plenarja.
Id-dokument jiġi aġġornat regolarment tul perjodu massimu ta' ġimagħtejn wara s-sessjoni parzjali.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-lista tal-korrezzjonijiet għall-voti u tal-intenzjonijiet tal-vot tingħalaq sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
25. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 659.661/OJMA).
Beňová Monika, Maydell Eva, Ochojska Janina, Rougé André
⁂
Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.