4. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħat lill-Parlament l-abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni li ġej li jaqa' taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jelenka l-koformulanti li mhumiex aċċettati għall-inklużjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (D066442/07 - 2020/2822(RPS) - skadenza: 14 ta' Diċembru 2020) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), AGRI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)