Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 2k
L-Erbgħa, 21 ta' Ottubru 2020 - Brussell

PRESIDENZA: David Maria SASSOLI
President

14. Avviżi mill-Presidenza
CRE

Il-President informa li ddeċieda, bi qbil mal-Artikolu 176(1), tar-Regoli ta' Proċedura, li jimponi sanzjoni lil Ivan Vilibor Sinčić talli fixkel is-sessjoni tas-16 ta' Settembru 2020 meta, waqt l-intervent tiegħu, wera strixxun u neħħa xi lbies, u b'hekk kien liebes b'mod mhux xieraq.

Is-sanzjoni tikkonsisti, l-ewwel nett, mit-telf tad-dritt tal-indennizz tas-sussistenza għal jumejn, it-tieni nett mis-sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni tal-Membru fl-attivitajiet tal-Parlament għal sebat ijiem konsekuttivi li matulhom jiltaqgħu l-Parlament jew kwalunkwe wieħed jew waħda mill-korpi, kumitati jew delegazzjonijiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-eżerċitar tad-dritt tal-vot f'seduta plenarja, u soġġett għar-rispett strett tar-regoli tal-imġiba applikabbli għall-Membri, u t-tielet nett, mill-projbizzjoni li jirrappreżenta lill-Parlament f'delegazzjoni interparlamentari, konferenza interparlamentari jew kwalunkwe forum interistituzzjonali għal xahar.

Is-sanzjoni tidħol fis-seħħ fit-22 ta' Ottubru 2020.

Din id-deċiżjoni ġiet notifikata lill-Membru kkonċernat, li jista' jintroduċi appell intern kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Bureau skont ir-Regoli ta' Proċedura.

Il-President informa li ddeċieda, bi qbil mal-Artikolu 176(1), tar-Regoli ta' Proċedura, li jimponi sanzjoni lil Ioannis Lagos talli fixkel is-sessjoni tas-17 ta' Settembru 2020 bl-użu ta' lingwaġġ abbużiv.

Is-sanzjoni tikkonsisti l-ewwel nett, mit-telf tad-dritt tal-indennizz tas-sussistenza għal sebat ijiem, u t-tieni nett, mis-sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni tal-Membru fl-attivitajiet tal-Parlament għal erbat ijiem konsekuttivi li matulhom jiltaqgħu l-Parlament jew kwalunkwe wieħed jew waħda mill-korpi, kumitati jew delegazzjonijiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-eżerċitar tad-dritt tal-vot f'seduta plenarja, u soġġett għar-rispett strett tar-regoli tal-imġiba applikabbli għall-Membri.

Is-sanzjoni tidħol fis-seħħ fit-22 ta' Ottubru 2020.

Din id-deċiżjoni ġiet notifikata lill-Membru kkonċernat, li jista' jintroduċi appell intern kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Bureau skont ir-Regoli ta' Proċedura.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza