Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 2k
Il-Ġimgħa, 23 ta' Ottubru 2020 - Brussell

2. Modifika tal-aġenda
Rapporti Verbatim

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona din il-modifika li ġejja fl-Aġenda:

Wara t-tqassim tal-votazzjonijiet fis-sessjonijiet differenti tal-votazzjoni, il-votazzjonijiet finali dwar it-tliet fajls li jittrattaw il-Politika Agrikola Komuni (rapporti Peter Jahr A8-0200/2019, Ulrike Müller A8-0199/2019 u Eric Andrieu A8-0198/2019) tressqu għat-tieni sessjoni ta' votazzjoni.

B'konsegwenza, it-tielet sessjoni ta' votazzjoni, prevista li ssir mis-18.00 sas-19.15, kif ukoll it-tħabbir tar-riżultati tal-votazzjonijiet, prevista fid-21.30, ġew ikkanċellati.

L-informazzjoni aġġornata hija disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament taħt it-taqsima "Informazzjoin u dokumenti prijoritarji".

Il-Parlament approva din il-proposta. B'hekk l-Aġenda ġiet modifikata.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza