Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 5k
Il-Ġimgħa, 23 ta' Ottubru 2020 - Brussell

9. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:

—   Politika Agrikola Komuni - l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri u ffinanzjati mill-FAEG u mill-FAEŻR ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [COM(2018)0392 - C8-0248/2018 - 2018/0216(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Peter Jahr (A8-0200/2019);

—   Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni ***I
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 [COM(2018)0393 - C8-0247/2018- 2018/0217(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Ulrike Müller (A8-0199/2019);

—   Politika Agrikola Komuni - emenda tal-OKS u Regolamenti oħra ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew [COM(2018)0394 - C8-0246/2018 - 2018/0218(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Eric Andrieu (A8-0198/2019).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sas-14.30.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 17.00.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.19.)

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza