Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 1k
Il-Ħamis, 12 ta' Novembru 2020 - Brussell

7. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Rumeni kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Vlad Dan Gheorghe minflok Clotilde Armand bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 10 ta' Novembru 2020.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tiegħu.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Vlad Dan Gheorghe jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza