10. Elezzjoni ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew
Il-President ħabbar li rċieva mill-Grupp PPE n-nomina ta' Roberta Metsola.
Peress li Roberta Metsola kienet l-unika persuna nnominata u billi ma ntalbet l-ebda votazzjoni sigrieta sal-iskadenza ffissata (punt 8 tal-Minuti tad-data 11.11.2020), il-President ipproklama lil Roberta Metsola Viċi President tal-Parlament Ewropew u ferħilha għall-elezzjoni tagħha.
Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regoli ta' Proċedura, hija tieħu l-kariga tal-predeċessur tagħha, Mairead McGuiness, fl-ordni ta' preċedenza, jiġifieri l-ewwel.