Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0002M(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

A9-0184/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/11/2020 - 11
PV 12/11/2020 - 19

Testi adottati :

P9_TA(2020)0303

Minuti
XML 6k
Il-Ħamis, 12 ta' Novembru 2020 - Brussell

11. Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni
Rapporti Verbatim

Il-President qara r-riżultati tal-votazzjonijiet:

Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 - it-taqsimiet kollha

—   Aġġustamenti tekniċi
Approvazzjoni b'VSI (635 vot favur, 46 kontra, 5 astensjonijiet;

—    Abbozzi ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-taqsima III tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 fir-rigward tal-Kummissjoni;

—    Abbozzi ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 fir-rigward tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u l-Kunsill Ewropew, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tal-Kumitat tar-Reġjuni, tal-Ombudsman Ewropew, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-11, it-12 u t-13 ta' Novembru 2020, punt 13)

Il-President għarraf li Bettina Hagedorn, President fil-Kariga tal-Kunsill, bagħtet lill-Parlament din id-dikjarazzjoni li ġejja:

"Nieħu nota tad-differenzi bejn il-pożizzjoni tal-Parlament u dik tal-Kunsill fir-rigward tal-abbozz tal-baġit għall-2021 ippreżentat mill-Kummissjoni.

Għaldaqstant, bħala President fil-Kariga tal-Kunsill, nagħti l-kunsens tiegħi biex il-President tal-Parlament Ewropew isejjaħ il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, skont l-Artikolu 314(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Għalkemm il-kundizzjonijiet ta' xogħolna jidhru li se jkunu ferm aktar diffiċli milli fi żminijiet normali, ninsab konvinta li se nkunu nistgħu nilħqu fil-ħin ftehim ibbilanċjat u sod dwar il-baġit għall-2021".

Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 - it-taqsimiet kollha
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 [11072/1/2020 - C9-0314/2020 - 2020/1998(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Pierre Larrouturou u Olivier Chastel (A9-0206/2020)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0302)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-11, it-12 u t-13 ta' Novembru 2020, punt 14)

Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u s-Seychelles u l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Protokoll (2020-2026) (riżoluzzjoni)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (2020-2026) [05243 - C9-0073/2020 - 2020/0002M(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Caroline Roose (A9-0184/2020)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0303)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-11, it-12 u t-13 ta' Novembru 2020, punt 15)

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.19.)

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza