Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 5k
Il-Ħamis, 12 ta' Novembru 2020 - Brussell

14. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:

—   Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 - it-taqsimiet kollha
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 [11072/1/2020 - C9-0314/2020 - 2020/1998(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Pierre Larrouturou u Olivier Chastel (A9-0206/2020);

—   Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u s-Seychelles u l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Protokoll (2020-2026) (riżoluzzjoni)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (2020-2026) [05243 - C9-0073/2020 - 2020/0002M(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Caroline Roose (A9-0184/2020).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet tal-emendi għal:

—   Programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 ("il-Programm l-UE għas-Saħħa") ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 ("il-Programm tal-UE għas-Saħħa") [COM(2020)0405 - C9-0152/2020 - 2020/0102(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Cristian-Silviu Buşoi (A9-0196/2020);

—   Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli - Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku
Rapport dwar il-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli - Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku [2020/2058(INI)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Siegfried Mureşan u Paul Tang (A9-0198/2020).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sal-15.45.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 18.15.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.33.)

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza