Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:
— Programm InvestEU ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU [COM(2020)0403 - C9-0158/2020 - 2020/0108(COD)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Irene Tinagli (A9-0203/2020);
— L-impatt tal-miżuri marbuta mal-COVID-19 fuq id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0343/2020.
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sat-15.15.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 17.30.
Interventi
— José Manuel Fernandes (rapporteur), qabel ma bdiet it-tieni sessjoni ta' votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni segwenti tkun irriferuta lill-kumitat responsabbli, għall-finijiet ta' negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura: Programm InvestEU (2020/0108(COD)) - Kumitat ECON.