Indiċi 
Minuti
XML 49kPDF 218kWORD 61k
Il-Ġimgħa, 13 ta' Novembru 2020 - Brussell
1.Ftuħ tas-seduta
 2.Talba għat-tneħħija tal-immunità
 3.Pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari
 4.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)
 5.L-ewwel sessjoni ta' votazzjonijiet
 6.Tkomplija tas-seduta
 7.Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni
 8.Tkomplija tas-seduta
 9.It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
 10.Tkomplija tas-seduta
 11.Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni
 12.Spjegazzjonijiet tal-vot
 13.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 14.Dokumenti mressqa
 15.Approvazzjoni tal-minuti tas-sessjoni li għaddejja u trażmissjoni tat-testi adottati
 16.Kalendarju tas-seduti li jmiss
 17.Għeluq tas-seduta
 18.Interruzzjoni tas-sessjoni
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Katarina BARLEY
Viċi President

1. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.00.


2. Talba għat-tneħħija tal-immunità

L-awtoritajiet kompetenti Latvjani bagħtu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Nils Ušakovs biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni legali għal fatti li setgħu jikkostitwixxu ksur tal-liġi Latvjana dwar il-kontroll taċ-ċirkolazzjoni tal-beni strateġiċi.

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.


3. Pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari

Il-President ħabbret, skont l-Artikolu 63(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċeviet mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) – Dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill – Adottata mill-Kunsill fit-23 ta' Ottubru 2020 (06230/3/2020 - C9-0354/2020 - 2017/0332(COD))
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE – Dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill – Adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Novembru 2020 (09573/1/2020 - C9-0355/2020 - 2018/0089(COD))
irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f'materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) (riformulazzjoni) - Adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Novembru 2020 (09890/2/2020 - C9-0356/2020 - 2018/0204(COD))
irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (riformulazzjoni) - Adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Novembru 2020 (09889/2/2020 - C9-0357/2020 - 2018/0203(COD))
irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjonijiet tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 14 ta' Novembru 2020.


4. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)

Il-President ħabbret li ma rċeviet l-ebda talba minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju dwar id-deċiżjonijiet għal dħul f'negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tal-Erbgħa 11 ta' Novembru 2020 (punt 9 tal-Minuti tad-data 11.11.2020).

Il-Kumitati CULT, ECON u ECON/BUDG għalhekk setgħu jibdew in-negozjati wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura.


5. L-ewwel sessjoni ta' votazzjonijiet

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:

—   Programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 ("il-Programm l-UE għas-Saħħa") ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 ("il-Programm tal-UE għas-Saħħa") [COM(2020)0405 - C9-0152/2020 - 2020/0102(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Cristian-Silviu Buşoi (A9-0196/2020);

—   Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli - Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku
Rapport dwar il-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli - Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku [2020/2058(INI)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Siegfried Mureşan u Paul Tang (A9-0198/2020).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet tal-emendi għal:

—   Programm InvestEU ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU [COM(2020)0403 - C9-0158/2020 - 2020/0108(COD)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Irene Tinagli (A9-0203/2020);

—   L-impatt tal-miżuri marbuta mal-COVID-19 fuq id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0343/2020.

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sal-10.15.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 12.45.

Interventi

—   Cristian-Silviu Buşoi (rapporteur), qabel ma bdiet l-ewwel sessjoni ta' votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni segwenti tkun irriferuta lill-kumitat responsabbli, għall-finijiet ta' negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura: Programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 ("il-Programm l-UE għas-Saħħa") (2020/0102(COD)) - Kumitat ENVI.

Din it-talba se tkun sottoposta għal votazzjoni wara l-votazzjoni finali dwar il-proposta tal-Kummissjoni (punt 7 tal-Minuti tad-data 13.11.2020).

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 09.03.)


PRESIDENZA: Othmar KARAS
Viċi President

6. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.45.


7. Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni

Il-President qara r-riżultati tal-votazzjonijiet:

Programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 ("il-Programm l-UE għas-Saħħa") ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 ("il-Programm tal-UE għas-Saħħa") [COM(2020)0405 - C9-0152/2020 - 2020/0102(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Cristian-Silviu Buşoi (A9-0196/2020)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni kif emendat (P9_TA(2020)0304)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-11, it-12 u t-13 ta' Novembru 2020, punt 16)

TALBA GĦAL RIFERIMENT LILL-KUMITAT

B'VSI (633 vot favur, 22 kontra, 33 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli - Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku
Rapport dwar il-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli - Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku [2020/2058(INI)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Siegfried Mureşan u Paul Tang (A9-0198/2020)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P9_TA(2020)0305)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-11, it-12 u t-13 ta' Novembru 2020, punt 17)

Programm InvestEU ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU [COM(2020)0403 - C9-0158/2020 - 2020/0108(COD)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Irene Tinagli (A9-0203/2020)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0306)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-11, it-12 u t-13 ta' Novembru 2020, punt 18)

L-impatt tal-miżuri marbuta mal-COVID-19 fuq id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0343/2020

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0307)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-11, it-12 u t-13 ta' Novembru 2020, punt 19)

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.55.)


PRESIDENZA: Pedro SILVA PEREIRA
Viċi President

8. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 14.00.


9. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:

—   Programm InvestEU ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU [COM(2020)0403 - C9-0158/2020 - 2020/0108(COD)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Irene Tinagli (A9-0203/2020);

—   L-impatt tal-miżuri marbuta mal-COVID-19 fuq id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0343/2020.

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sat-15.15.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 17.30.

Interventi

—   José Manuel Fernandes (rapporteur), qabel ma bdiet it-tieni sessjoni ta' votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni segwenti tkun irriferuta lill-kumitat responsabbli, għall-finijiet ta' negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura: Programm InvestEU (2020/0108(COD)) - Kumitat ECON.

Din it-talba se tkun sottoposta għal votazzjoni wara l-votazzjoni finali dwar il-proposta tal-Kummissjoni (punt 11 tal-Minuti tad-data 13.11.2020).

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.03.)


PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

10. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 17.30.


11. Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni

Il-President qara r-riżultati tal-votazzjonijiet:

Programm InvestEU ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU [COM(2020)0403 - C9-0158/2020 - 2020/0108(COD)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Irene Tinagli (A9-0203/2020)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni kif emendat (P9_TA(2020)0306)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-11, it-12 u t-13 ta' Novembru 2020, punt 18)

TALBA GĦAL RIFERIMENT LILL-KUMITAT

B'VSI (539 vot favur, 136 kontra, 11-il astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

L-impatt tal-miżuri marbuta mal-COVID-19 fuq id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0343/2020

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P9_TA(2020)0307)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-11, it-12 u t-13 ta' Novembru 2020, punt 19)


12. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.

B'mod eċċezzjonali ġew aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot ta' tul massimu ta' 400 kelma.


13. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jinsabu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet”, anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament. Huma indikati għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma jbiddlu bl-ebda mod ir-riżultat tal-votazzjoni kif imħabbra fil-plenarja.

Id-dokument jiġi aġġornat regolarment tul perjodu massimu ta' ġimagħtejn wara s-sessjoni parzjali.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-lista tal-korrezzjonijiet għall-voti u tal-intenzjonijiet tal-vot tingħalaq sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.


14. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta' reġistru distribwit (COM(2020)0594 - C9-0305/2020 – 2020/0267(COD))
Skont l-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew.

irriferut

responsabbli:

ECON

opinjoni:

ITRE, IMCO, LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (COM(2020)0593 - C9-0306/2020 – 2020/0265(COD))
Skont l-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew.

irriferut

responsabbli:

ECON

opinjoni:

BUDG, ITRE, IMCO, JURI, LIBE


15. Approvazzjoni tal-minuti tas-sessjoni li għaddejja u trażmissjoni tat-testi adottati

Il-Minuti tas-seduta li għaddejja u l-Minuti tas-seduti tal-11 ta' Novembru 2020 u tat-12 ta' Novembru 2020 se jkunu sottoposti għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tas-seduta li jmiss.

Bil-qbil tal-Parlament, it-testi adottati waqt is-sessjoni li għaddejja se jitressqu issa quddiem id-destinatarji tagħhom.


16. Kalendarju tas-seduti li jmiss

Is-seduti li jmiss se jsiru mid-data 23 ta' Novembru 2020 sad-data 26 ta' Novembru 2020.


17. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 17.31.


18. Interruzzjoni tas-sessjoni

Is-sessjoni tal-Parlament Ewropew ġiet interrotta.

Klaus Welle

David Maria Sassoli

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Billi din is-sessjoni parzjali saret mill-bogħod minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, l-ebda reġistru ta' attendenza ma kien espost għall-firma tal-Membri.

Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza