L-awtoritajiet kompetenti Irlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Colm Markey minflok Mairead McGuinness bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 20 ta' Novembru 2020.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tiegħu.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Colm Markey jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.